LAURENT DE LIBERTO
Studja fit-tul Laurent de Liberto
l-impenn tematiku/stilistiku tal-fuga.
Darba kien jippreferi r-rapport uman
minflok l-apparat tekniku tal-lingwa
‘zda mbaghad
nesa l-punt tat-tluq u rtira f’narrativa
minghajr karattri w passiva.
Ried de Liberto jwettaq rivolta personali
mitmugha bl-ansjeta’ u l-frustrazzjoni
b’affann indispensabbli.
Ried jahrab lejn il-muntanja
‘zda l-muntanja ma baqghetx hemm.
Irtira mbaghad f’cellula timmultiplikah
b’monotonija
Kien hemm biss l-ispazju kongelat
f’negazzjoni mixhuta
fi stat xi ftit zdingat
fil-kavita’
fejn ittama johloq mill-gdid lilu nnifsu.
U l-ispazju kien iffirmat:
Laurent de
Liberto:
Laboratorju tal-Personalita’
Illum, 21 ta’ Gujnu, 2009.
Mario Azzopardi