LEGGENDA 
I nstemghet xi mkien iehor il-leggenda. 
Kemm-il darba. 
Kien ragel iggancjat 
ma' l-ezistenza tieghu deludenti, 
miexi fit-triq li haffer b'pass tas-soltu. 
Kien sar it-triq u t-triq ippossedietu. 
Solenni w kiebja kienet l-ghanja tieghu,
bl-intonazzjoni b'kollox. 
Kellu ktieb ohxon ta' ricetti, grammat'ka strutturali 
w xewqat tqal. 
‘ma x'kienet l-akbar xewqa tieghu, ma stajtx tghid, 
imdendel hekk kif kien 
ma' hsibijiet minghajr futur 
u teoriji vagi. 
Kien sar motiv ambigswu.
Kien sar il-kwotazzjoni miexja:
Wahdek biss tkun Int Innifsek 
Fi zmien it-tajr li jpassi 
kien beda tezi dwar id-dannazzjoni 
b'dahla kumplessea dwar il-verita': 
sors relattiv tal-gidba l-kbira. 
Kien ragel b'hars imqit, 
irampel dejjem minn bir l-impossibbli, 
ibboxxla territorji
li m‘humiex fil-mappa.
Sakemm f'jum minghajr data, darba wahda 
kien avza formalment
li ried cittadinanza
ghall-erwieh
li faqqsu mill-holm tieghu.
 
Twildulu kollha skerzi t-trabi, 
capep ta' demm, materja w ilma jdellek, 
ilkoll b'ghajn wahda cassa, 
tferi ‘l qalbu. 
  
Mario Azzopardi