Versi pprojbiti mil-Litwanja
Mir-ritmi silenzjuzi taghha ma tibzax aktar dil-mara.
Issa wieqfa bhal fjura stilizzata
jew mawsulew
irqiq
mnejn naxret l-istejjer taghha,
l-imhabbiet
u l-aberrazzjonijiet imsoqqija
bid-dmugh
li bkiet wahedha, b’reverenza.
Issa n-nifs taghha ha t-ton tal-werqiet awtunnali
mdendlin bla tama, fis-sighat taghhom ta’ l-ahhar.
U tiftakar
kif salpaw ix-xebbiet kollha
in-nisa taz-zina w l-ugigh,
in-nisa kollha li l-ward taghhom
sturdieha
bid-deni tad-dulur idarras bhar-ramel.
Tiftakar kemm-il bewsa li nixfet
u khalet fuq sidirha,
fuq kuxtejha, fuq halqha
toghma ta’ mastka
w passjoni.
Imma m’ghadhiex tibza’: la minnha nfisha ma tibza’
w lanqas mill-hoss tar-rih li
fuqu taru
b’xagharhom mahlul u dehbi
l-imhabbiet
kollha taghha:
is-saffisti
li nxtehtu jmutu ghaliha fil-bahar,
ir-rubeneski
li haddnuha bejn kuxxtejhom
u skussjawha bid-dehxa li trieghdha
jew
id-dekadenti li ksewlha hdanha
bis-simboli
u l-mewt.
Fin-nicca vakanti tal-menti,
fejn nixef is-sugu li reha,
trasfigurat ruhha dil-mara w saret
Dalia Degutite-Neris
Brigitta
Morales,
Erika Moreau,
Justine Bernard
Yolanda Fiedermann,
Gabriella Duca,
Minotscka,
Lucienne Castagnarie
Luna Fernandez,
Rosa Turchese
Maria-Madalena.
F’sessjoni t’alkemija privata nbidlet f’maskra hanina
u mxiet it-twapet ta’ friefet
u petali mnixxfa
u mxiet b’tenerezza d-disinn mitfi tad-destin taghha:
lesbjana li meshet il-krib
U m’ghadhiex
tibza’
Jekk joghla djulha xi darba
ma’ buffura spjuna li tasal
bla mistenni,
tindunaw li s-sigrieti taghha
bjadu bhal lehh fl-eternita’,
bhar-raghwa tal-bahar taghha bil-lejl,
bjadu l-misteri taht il-gilda
umda w gentili u mqaddsa.
Hi
li habbet tant b’karezzi
frantici,
biz-zfin mignun ta’ lsienha
fuq in-nudi mitluqin sdrajjati,
b’ruhha tixxabbat
imxarrab ghasra:
dil-mara
Lesbjana li llum ma baqaghlha xejn u ‘l hadd,
izda
m’ghadhiex tibza’ aktar