LEXIKON

 

Marosch  Manicaro Pardo qed jiehu n-noti

biex ixandar lessiku dwar l-imhabba.

Wehel fil-kapitli ta’ l-ahhar,

meta kien jehtieglu jghaqqad

    il-passjoni mat-trazzin tax-xewqa,

    l-estasi mat-tribulazzjoni,

    il-holm mat-tisbit tal-bibien tal-qalb,

    il-fattizzi tan-nisa mat-tizlig tal-grazzja,

    il-fwieha ta’ l-ghonq u s-sider

    mar-riha tasighat keshin.

 

Manicaro Pardo jintebah

li taru bosta ghasafar.

Taru minn rasu w minn sidru

u hallewh konfuz:

irid jibki w ma jistax.

U jhossu molestat

fil-kurituri taqabel l-ahhar xitwa,

fl-impass senjalat minn sigrieti profondi

li l-grammat’ka ma solvietx.

 

Marosch Manicaro Pardo sar dell invizibbli

li jehel mal-hajt,

bhal affresk li jibqamxarrab.

Sar alfabett illegibbli,

minqux fil-gebel.

Jixtieq jinqala’ w jahrab x’imkien

fejn ikun jistajaghlaq l-ahhar kapitli,

dwar kollha li riedu jhobbuh

fl-ewwel fazi tal-manuskritt,

fit-tieni fazi,

fit-tielet,

fid-disawahda.  

 

 

Mario Azzopardi

03.01.2005