M’HEMM
XEJN SINTETIKU
M’hemm xejn sintetiku f’hajti
jew deskrivibbli.
Jien tignita bla mizura,
imdendel jien mill-pal tal-bajtar,
mill-qrun imdendel
ta’ l-angli l-indannati,
jbandluni, mherwla
fic-cpar tal-kontinent bla isem.
Jien id-dizgrazzja
li wehlet fil-pulmun tad-dinja.
L-infettat jien.
L-ghanja
skurdata
Jien il-pazjent ghall-wirja
bil-vini kklippjati,
‘mmarkat
ghall-esperti
‘mghammdin.
L-istallett
jien,
dejjem ippuntat
lejn sidri.
M’hemm xejn sintetiku f’hajti
jew decifribbli.
L-ghasfur
minghajr rix jien,
jaghti w jerhi w jizvina fir-riefnu
biex jehles mill-hbula tal-mansab.
Jien il-qabza fil-hemda
li tferi l-ispazju.
It-tragedja
jien, imdewba fil-griehi
tal-mendikanti,
tal-mizerabbli,
tal-mishutin,
ta’ dawk li wehlu
bhal felul mifqugh
fl-imsaren
tad-dinja.