MEWT  FID-DISA’ SIEGHA

 

Smajthom jghidu

li kienet gzira ta’ l-allat din taghna.

L-alla-omm li ndukratna, kif jghidu,

kellha sider halib ghasli u qaddis

imm’issa

ma jaghtix hlief comb imdewweb

ghall-iskratac.

 

Tumur jahraq daqs ix-xemx trabba f’sidirha

hekk kif niesi jbiccru ‘t-tajr

diehel konfuz sal-kosta.

Tajr sturdut jinqabad f’mansab biex jispolpja

jew

jintlaqat bejn ghajnejh,

hekk kif ikun  ghodda temm  

titjirghajjiena.

 

Riekba l-bahar hemm l-irgiel tal-kanna, 

jew sorguti fuq l-irdum tal-mohba

biex jisplodu

f’cappa demm, materja w rix

lill-gamiema trid tistrieh,

lis-summiena tfittx il-qamh u tfitx is-silla,

irdussata mill-irjieh

tgharrex fejn tbejjet.

 

Hemm jaslu l-irgiel bix-xbieki,

fl-oqsma tal-jasar jaslu

l-irgiel goffi tat-terrur,

jonsbu  lit-tertux skantat

ghall-gagga,

biex jitpartat f’bieb il-belt.  

 

Iqattru fuq rasna l-ghasafar, fuqna,

Li nizolqu fuq id-demm u l-krib stunat

ta’ l-agunija sewda, ‘mgebbda taghhom

sad-disasiegha, waranofsinhar,

mal-mewt taGesuKristu.

 

           Jokorbu flimkien l-ispirti tat-tjur:

           mill-blat mill-ahhar felli tal-qamar mill-kesha tal-oqbra

           jitqallbu bla sabar jokorbu mill-kampnar mill-kapitell

           erwieh vagi daqs id-dell qeghdin jokorbu

           mill-oqsma tax-xewka xaghrija fil-lejla wahxija.

          

          Jishtuna l-ghasafar

       u l-qrid taghhom

       jehel bejn l-irkiekel f’dahar gensna

       jehel bejn snien uliedna.

       Tishetna s-sema lilna,

       li reghexna l-art u l-kwiekeb

       bl-ghajat fgat tat-tajr imut.

 

Mario Azzopardi

Mejju, 1999