MID-DJARJU TA’
RUMANZIER EKLETTIKU
Bicciet minn pagni
177 u 179 misjubin fid-djarjutal-habib
tieghi, ir-rumanzier eklettiku Sean Marosch Mariott, li spicca b’attakk kardijaku fatali waqt lejla erotika fid-Distrett tan-Nord Est.
Mariott ma lahaqx temm
il-battalja tieghu favur l-umanita’.
Smajt l-Elegija lill-Amerika ta’ Alan Jackson u se nikteb lil Mae Lynn Hatchett
Nghidilha li messha emmnet li pajjizha nissel rettili kbar ta’ l-art u ta’ l-ajru
li issa bdew itajru
n-nar tal-qerda u jwaqghu it-torrijiet ta’
u nghaddilha kopja ta’ Allah vs the Dollar ta’ Ervin Hornstein Jnr.
L-Imam insista l-bierah quddiem qatgha Misilmin fil-pjazza ta’ quddiem it-teatru liriku li huma jixhdu t-teocentricita’ kontra l-infidili li jigmghu hajjithom bil-materja.
Minghalija kien Norman Mailer qed jitkellem mas-CNN.
Beda jilmenta li niesu jridu kollox malajr, risposti f’ghaxar minuti.
Mr President
talks of evil and he’s dulling people’s minds.
Evil, evil, evil – that’s to soothe
feelings.
Nizzilt nota dwar il-kultura tal-flus: il-pratticita’ ta’ hajjitna fit-tubu tal-hajja li jipposponi l-mewt
Fil-11 ta’ Settembru, filghaxija, cempilt lil Alberto Blanco. Mit-telefon beda gej biss il-hoss tal-Kredu ta’ l-iStitch Foot. Alberto dan l-ahhar kien qalli li ried jizviluppa l-abbilta’ li jittempra l-kuxjenza: kien beda kors online fl-Illuminizmu fiziku, mentali, emozzjonali u spiritwali. Kera wkoll masseuse mill-Korea biex teliminalu t-tossicita’
ta’ l-ahhar inkontri
sesswali li kellu mal-mara ta’ huh, paralizzat wara li hareb
bih iz-ziemel. Il-gimgha li ghaddiet
baghatli e-mail stramba:
Fil-pawsa jasal
l-eku tal-kliem kattiv li nghad
u li fera mortalment. Issa rrid l-antidotu.
Dwar Shanya ma nafx x’naqbad nahseb aktar: it-tbatija taghha donnha kkonsagratha f’nicca ta’ sigrieti pprojbiti. L-ahhar li rajtha kienet hadet il-kulur tal-weraq tal-harifa; kienet dahlet fil-weraq, tghix maghhom l-ahhar sfurija.
Mario Azzopardi
Settembru 2001