RAPPORT MILL-ISPTAR
TAL-QADDISIN MARTRI
Minhabba ghajdut li qed jippersisti dwar kif kienu
ttrattati l-kadavri
tas-seba vittmi li hallew hajjithom meta splodiet il-kamra
tan-nar
fil-limiti ta San Vitu, it-Taqsima Mortwarja ta l-Isptar tal-Qaddisin
Martri tixtieq tgharraf lill-pubbliku bdan li gej:
1. Il-kadavri twasslu
fil-kamra mortwarja fi tliet karozzi
tal-mejtin li ghandha ghad-dispozizzjoni taghha l-Pulizija fl-10 ta Awissu ghall-habta
tat-3.15 ta waranofsinhar.
2. Minhabba l-konsegwenzi
sfortunati li wasslu ghall-mewt tragika taghhom, kienet ordnata inkjesta magisterjali li, bhala parti
mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija
u ta l-Awtoritajiet
Medici, tinkludi post mortem fuq
il-kadavri.
3. Mill-awtopsija rrizulta
li effettivament, is-seba vittmi mietu
bi spluzzjoni tan-nar.
4. Minhabba li l-kadavri twasslu fil-kamra mortwarja fhin li mhuwiex
normali, u cioe ghax il-haddiema tal-Gvern jahdmu bil-hin tas-sajf, jigifieri fin-nofs ta nhar ta
filghodu biss, kellu jissejjah Ufficcjal tas-Sigurta biex jiftah il-kamra
mortwarja u bhekk il-kadavri jiddahhlu gewwa u ma jibqghux fix-xemx aktar milli
mehtieg.
5. Id-data tal-postmortem kienet
iffissata ghall-ghada, 11 ta Awissu.
6. Dakinhar tal-postmortem
il-kadavri tpoggew in situ fil-kamra
ta l-awtopsija biex tkun ikkonfermata
l-identita taghhom mill-familjari bhala xhieda, fuq struzzjonijiet
tal-Pulizija.
7. Wara l-post mortem, li rega kkonferma li l-kadavri spiccaw
kadavri bi spluzzjoni
tan-nar, l-istess seba kadavri thejjew
ghas-servizz funebri u saru arrangamenti specjali minhabba l-griehi li sofrew
il-vittmi. U ghaldaqstant
l-ghada, 12 ta Awissu, il-kadavri tqieghdu fit-twiebet rispettivi u kienu trasferiti lejn il-viewing cubicles.
8. L-ucuh tas-seba kadavri inkixfu biss wara li
saret talba specifika mill-familjari.
9.
Is-servizzi funebri saru fit-12 ta Awissu, meta allura,
il-kadavri hallew il-kamra mortwarja.
10.
Il-kadavri qatt u fl-ebda hin ma thallew
mikxufin meta kienu fil-viewing cubicles tal-kamra mortwarja u kellhom mixghul l-apparat tal-kondizzjonament ta l-arja.
11. Sfortunatament mhux dejjem tkun tista
tiddistingwi min huma l-familjari u dawk li mhumiex, nonostante
l-fatt li l-Isptar jaghmel l-isforzi kollha biex ikun kontrollat
id-dhul tal-pubbliku generali, imma z-zjarat lill-kadavri xi drabi jkun impossibbli li jkunu ccekkjati mill-istaff tal-mortwarju.
12.
L-Isptar tal-Qaddisin Martri jiehu l-okkazzjoni biex jgharraf li qed jistudja,
flimkien mal-kappillani, kunsilli lokali, kumitati tal-festi, l-imprizi piroteknici u L-Awtorita tal-Martri Nazzjonali, kif il-kadavri mill-ispluzzjoni tal-kamra tan-nar li jmissha
ttir jistghu jinghataw sahanistra trattament ahjar fil-kamra mortwarrja ta l-imsemmi sptar.
Antonello Inguanez de Bono
Kap Taqsima Informazzjoni/Komunikazzjoni
Sptar Civili tal-Qaddisin
Martri