MINGHAJR TITLU

 

 

 

Mal-jiem jizolqu minn bejn is-swaba

jizzerzqu wkoll il-grazzji

li fittxejt tittama fihom.

 

Jahbtu ma’ xulxin

l-eki niedja tal-poezija,

fil-labirint tal-katakombi

u jinxfu mal-blat:

       astratti

       minghajr effett.

 

Mas-sighat  li jizzerzqu minn bejn is-swaba

fix-xibka metabolika jinxfu c-celluli,

hekk kif wara l-ikwizizzjoni twila

jinzel fuq rasek il-verdett,

jinzel fuq l-apokrifa tieghek,

fuq id-difiza li ppruvajt torganizza,

fuq l-apologija

li hadd m’ghad ghandu s-sabar jisma’.

 

Mal-minuti jizolqu minn bejn is-swaba

jkun jonqos biss

baqqun tas-silg ghal qalbek

u f’ghajnejk il-lingwagg mutu tad-dulur.

 

 

 

 

Mario Azzopardi