MINGHAJR XITA

 

Fuq dat-trabijiet u xewk

il-halba l-kbira m’hemm li tasal qatt.

 

Ilma ma jtuqhiex

din l-art tafranka sserrata

w siment

u hsejjes jaghtu f’rasna

max-xemx bla hniena.

 

Il-bahar sturdut,

italla’ ‘nfafet sofor,

ma jirhanx fidwa l-bahar,

lanqas maghmudija.

 

Ingastata din l-art

fit-trinek tal-konkos.

Tixxawwat bir-ramel din l-art,

titbaskat misruma.

 

Minghajr xita.