MUZA
Kieku trid ghandek il-provi kollha.
Tista’ tifli sew jekk trid
l-impronta ta’ saqajn l-ghasafar fit-trab
qabel inqatghu mill-art.
Kienu s-seba’ zminijiet ta’ l-imhabba
ta’ l-axxendenza u t-tisbita.
Kienu l-epoki
tal-kontradizzjoni
ta’ cinji bi xdieq rettili perikoluzi
tal-bziezel ta’ sidrek ponot tas-skieken.
Kienu t-tempi tal-mirja juruna
fi skerz:
int il-muza
w jien b’habel zokortok
marbut m’ghonqi
bil-versi jridu jtiru w ma jistghux.
Kieku trid tista’ tiflihom
il-kordi w l-arpeggi li dahlu jmutu
bejn ix-xquq tal-mizerja
taghna.
Izd’int m’int
bwieb ghajnejk imsakkrin
u jien tlift ic-cavetta.