MILIED 2009
Serja l-bicca.
Messagg urgenti mill-Konsorzju tal-Paesagg Ambjentali u l-Izvilupp Urban habbar li mill-presepju ta’ biswit il-Pont li jaghti ghal Paceville nsteraq Gesu’ Tarbija mill-maxtura. L-istqarrija tghid li l-Vergni Marija u sehibha Guzeppi baqghu jiccassaw fil-vojt u dahlu fi krizi li qatt ma basru, wara li diga’ kien ilhom tlitt ijiem u tlitt iljieli jippruvaw ifittxu appartmanent biex jitwieled il-Messija.
“Ghall-Madonci intom salt iccassati!” hu rrapurtat li
sibel l-assistant Kummisssarju
tal-Pulizija meta qalulu li naqas Gesu’. “Kif
iz-zobb naqas! Maria Madonna dan Korp
tal-iskantati. Kif naqas? Min induna
li naqas?
“Nhar il-Hadd bil-lejl, Sir. Indunaw is-Surgent u t-2107 meta kienu jaghmlu r-ronda…”
“Bil-lejl fi x’hin?”
“Ma nafux ezatt, Sir. Imma zgur li wara s-1.15 ta’ filghodu.”
“Salt ghexux intom,
ghall-Madonci!
Jew zbub miblula! Anki Bambin tal-gibs jisirqulkom
L-ghada l-media xeghlet bl-iskandlu tal-Milied.
Bdew hergin numru ta’ teoriji dwar min seta’ seraq il-Bambin mill-maxtura ta’ biswit il-Pont.
It-Times qalet li l-hallelin aktarx se jbieghu lit-Tarbija ghall-organi.
L-Orizzont irrapurtat xnighat li serqu ‘l-Bambin membri ta’ setta sigrieta Kristjana li ma ridetx li Gesu’ jifga bid-dhahen tal-karozzi.
In-Nazzjon qalet li s-serqa tirrifletti l-krizi ta’ valuri li ta’ spiss jilmenta dwarha l-President Emeritus meta jaghti l-intervisti fuq ix-xandir pubbliku.
Il-Lehen Sewwa talbet ghal tlitt ijiem talb u penitenza.
Ir-Realta’, gazzetta xellugija estrema li tohrog mill-Universita’ u li ta’spiss tohloq kontroversji kbar fil-pajjiz minhabba artikli mimlijin dettalji sesswali grafici, kellha l-aktar rappurtagg estensiv u kontroversjali. Qalet li hemm diversi spekulazzjonijiet dwar x’seta’ gara u l-aktar tnejn postulati huma:
Jumejn biss qabel il-Milied, minkejja investigazzjonijiet kbar mill-Pulizija, il-Bambin kien ghadu ma nstabx u l-assitent Kummissarju kien ghadu jidghi bl-inefficenzja tal-Korp.
Sadanittant, il-media elettronika
mtliet b’rapporti alternativi u bil-kummenti ta’ bosta bloggers. Is-sit elettroniku tal-Azzjonisti Progressivi wissa li Gesu’
Tarbija seta’ nsteraq
Min-naha l-ohra, is-sit xirka tal-isem imqaddes tal-feddej.com.mt kellu rapporti solenni li l-ghedewwa tal-Knisja serqu lil Gesu’ mill-maxtura ta’ biswit il-Pont ta’ Paceville u haduh ghand specjalista anjostiku biex ikejjel kemm se jikbrulu l-ghadam, halli jitlesta Salib ghal-lest. L-istess sit kellu anki storja dettaljata dwar dawk li matul iz-zminijiet, riedu sahanistra jicdhu l-istess ezistenza ta’ Gesu’ Kristu Feddej, Sultan u Rebbieh fuq l-Ghedewwa.
L-artiklu kkwota kif il-Bibbja taghmel hafna referenzi ghall-awtoritajiet politici u religjuzi tal-Palestina antika (hafna qabel ma tela’ l-Hajt ta’Gaza) biex tipprova fic-cert l-ezistenza ta’ Kristu. Fost dawn ir-referenzi jissemmew Tiberju, it-Tetrarki Erodi n-Nittien, Filippu u Lisinju, il-Gvernatur (bla bajd) Pontzju Pilatu, kif ukoll il-Qassisin il-Kbar Anna u Kajfa, gravament suspettati li kienu jdawru ghat-tfal tal-konkubini taghhom.
Intant, sal-lum stess il-maxtura baqghet minghajr il-Bambin Gesu’.
Ghassa fuq il-post hemm stakkament ta’ Pulizija bil-klieb, gzuz ta’ gurnalisti, membri tal-SAG, u pellegrini religjuzi jirrectaw ir-ruzarju b’kuruni jixeghlu bil-lejl.
Fil-kwartieri tal-Pulizija, l-assistent Kummissarju, issa taht pressjoni anki mill-Ufficcju tal-Prim Ministru u mill-Kurja tal-Arcisqof, ghadu jitkellem hazin u jidghi ma’ ta’ tahtu.
Hadd ma gietu f’rasu li Gesu’ Bambin, imnixxef bil-motonija ta’ Milied wara l-iehor, dejjem bl-istess kantaliena biex jorqod u ma jibkix izjed, qabad u harab mill-maxtura ta’ biswit il-Pont u gie jitnejjek mill-festi kollha.
Forsi ma riedx jibqa’ jkun bhall-Farghun u bhal Erodi u jfakkar gheluq snin twelidu
fost iz-zfin, il-mixeghla, it-tbahrid, il-hnizrija, is-sokor u l-haxi.
Forsi libes ta’ orfni jew klandestin.
Forsi mar jisma’ l-hoss tal-gawwi f’xatt il-bahar, gej mit-tramuntana.
Forsi qed
jitkellem wahdu
Anonimu.
Mohbi.
Jifli sema vojt, perofond, fejn jista’ jitwieled mill-gdid (alla mhux alla)
f’silenzju distakkat.
F’hemda li ghad tinbidel f’ostilita’mimlija swat u bzieq u dmija.
Post
Scriptum: Is-Socjeta’ Nazzjonali
ghall-Prevenzjoni tal-Krudelta’
kontra l-Annimali harget stqarrija biex tikkundanna kif il-klieb ghassa
mal-maxtura battala biswit il-Pont qed jithallew f’kesha
liema bhalha, f’temperatura li bil-lejl qed tinzel
taht l-10 gradi Celsius.