MIN JAF X’INT
Min jaf x’int, mara li ismek ma nista’ niftakar qatt.
Forsi int l-ikona mhux kompluta: xbiha fuq sfond mitfi u ‘mtappan.
Trasfigurata forsi, biex tinterpreta d-dellijiet fondi tad-dinja
jew l-imsagar bla weraq fejn jitghallaq il-holm
jew il-hluq bis-snin imhassrin ta’profeti bil-gogi mimlijin ramel.
Wiccek imdawwal irzin mara, forsi jixghel il-feriti u l-grajjiet u r-ragunijiet tal-biki.
Tista’ temmen li int relikwa, l-ghadma mcaqqma ta’ qaddis ikkastrat
jew forsi int il-lehh tal-mument
jew int par ghajnejn biss, jibbru
ta’ kontra l-pesta.