MOTIVI SKANDALUZI U DISSAGRANTI FIL-BIDU TAS-SEKLU
Sur Editur
Ippermettielna spazju fir-rivista ispirata tieghek L-Eku tal-Verita’ (edizzjoni ta’ Jannar 2010, vol 157. n.1) biex nuru kif il-poplu qed ikun ingannat b’materjal
ivvizzjat li qed jinxtred fil-pajjiz permezz tal-letteratura u t-teatru. Is-sensibbilta’ Nisranija tinsab imhedda daqs qatt qabel.
Bl-iskuza tal-licenzja poetika u l-liberta’ tal-espressjoni qed jinholqu testi li messhom ikunu sottomessi b’ligi, ghand psikanalisti statali, kif ukoll ghand akkademici li ghandhom il-fiducja tar-Rettur tal-Istituzzjoni Terzjarja u ghand il-Kummissjoni Arciveskoli ghall-Kultura.
Minbarra l-letteratura tal-orificji, fejn id-dettalji dwar it-toqob u l-projezzjonijiet kollha umani qed ikunu
mxandrin bi frekwenza li thasseb, issa bdiet tidher ukoll kitba, bl-assoluzzjoni ta’ certi sacerdoti ribelli li qed jokkkupaw il-media populista, li twaqqa’ ghac-cajt il-kodici religjuza l-aktar ghaziza. Nghidu ahna fir-rivista satirika SkakkoMatto ta’ dan ix-xahar, kien hemm ippubblikata kitba oxxena dwar kif tliet dubbiniet waqghu jew intefghu fil-pissidi antik tal-Vici Vescovo, meta kien qed iqaddes waqt il-vestazzjoni ta’ seba’ djakni godda fil-kon-Katidral.
Il-kitba teskala fl-iskandlu u tispicca tghid li anki d-dubbien bhala holqien tal-pjan divin, ghandhom il-jedd isalvaw ruhhom billi jintefghu fil-kalci tas-sagrificcju.
Artiklu iehor fl-istess pubblikazzjoni, hareg jizzuffjetta bid-dehriet mirakoluzi li qed ikun hemm fuq l-Gholja Tal-Pippistrelli, limiti ta’ Hal Maghtuba, f’liema dehriet
qed ikun registrat lehen qaddis li jaghmel avvertenzi gravi ghal dak li qed jigri f’pajjizna, specjalement fejn jidhlu kwistjonijiet bhad-divorzju, il-koabitazzjoni, l-aberrazzjoni omosesswali u l-magni tal-condoms fl-Universita’. Qed jitwaqqghu ghac-cajt fenomeni misterjuzi, bhal-levitazzjoni, Ostji jtiru ghal fuq l-ilsien u
pali tax-xewk jinqalghu
Awtur serju
u tal-affari tieghu bhal G.K. Chesterton, ikkwotat ta’
spiss
Hemm ukoll
ir-redazzjoni letterarja ta’ xoghlijiet li jeccedu kull
limitu u li jiskandalizzaw l-animu tal-bniedem, b’mod partikolari ta’ nisa li qed
jitilfu l-vokazzjoni li jrabbu lil
uliedhom kif jixraq, nisa li
qed jabbanduw anki t-tisjir, meta nafu u kien ippruvat
statistikament li fir-Rebubblika Kattolika taghna, li sa
ftit ilu kienet l-ghira tad-dinja civilizzata, l-ikel dejjem kien
il-moghdija ghall-qalb tar-ragel. Temi ohra dissagranti
qed jghaddu z-zmien bl-iskandlu nazzjonali li nholoq
fil-granet tal-Milied meta
l-istatwa tal-Feddej Tarbija insterqet
Pekuljarita’ohra ghandha x’taqsam ma’ polemici li qed jitqanqlu apposta biex jinbieghu kotba sovversivi u sensazzjonalisti.
Nahsbu li issa wasal iz-zmien biex tibda kontra-reazzjoni, kif ghamilna fil-kaz tal-kotba ta’ Harry Potter u ohrajn ta’ John Updike, Melvin Burgess u Irvine Welsh (ilkoll ispirati djabolikament).
Wasal iz-zmien
biex niehdu pozizzjoni serja, kritika jew,
addirittura, ta’ ribelljoni kontra dawk l-awturi li
qed idewwdu ‘l-pajjiz b’letteratura bhal din. U nistghu ninkludu anki t-teatru illecitu u mahmug, fejn issa
qed jidhru atturi gharwenin, inkluz attur lliebes ta’ sacerdot,
imnezza’
Niehdu azzjoni kontra l-vjolenza morali, kontra l-prevarikazzjoni ta’ psewdo-letterati u psewdo-atturi fuq is-socjeta’ u nippurifikaw l-arena pubblika billi niffirmaw petizzjoni halli jinharqu testi offensivi. Wara kollox dan ikun skond il-Ligi, ghax m’hemmx ghaliex nenfasizzaw li l-morali taghna hija garantita mill-Ewwel, it-Tieni, id-Disa’, id-Dsatax, it-28, il-35 u l-41 Kapitli tal-Kostituzzjoni.
Anki l-politici taghna ghandhom id-dmir li jissalvagwardjaw l-interess morali ta’ pajjizna. Imma minflok, hemm beda jappella ghall-abrogazzjoni tal-kontroll li jhares lic-cittadini mill-invazjoni ta’ xoghlijiet korrotti. Il-politici ghandhom jaraw li awturi perikoluzi jghaddu process bil-maghluq, biex l-iskandli ma jkomplux jitperrcu, u jinbaghtu f’istituzzjoni mentali jew jehlu terminu ta’ prigunerija izolata li tghallimhom ikunu responsabbli u decenti.
Jekk hemm bzonn ahna lesti li nissupplixxulhom ktejjeb ta’ talb specjalizzati, ghal konverzjoni pjuttost accellerata..
Irridu noholqu
xirka ta’ intellettwali alternattivi li joffru offensiva
moralistika, li jopponu l-egoizmu krudil ta’ awturi
fanatici li qed jittrattaw il-hnizrijiet kollha li tista’ timmagina,
Nisperaw li din l-ittra ta’ protesta taghna kontra dak li hu skandaluz u dissagranti tasal fejn ghandha tasal, biex minbarra l-pwieni tal-infern ikun hemm kastigi f’din id-dinja mortali ghal dawk l-awturi u nies tal-palk li qed jimbuskaw lill-pubbliku, inkluzi lill-adolexxenti u zghazagh adulti.
Qeghdin niktbu ghax qed inhossu li
hemm konsegwenzi gravi jistennew lil pajjizna. Qed ikun imhedded il-patrimonju morali u l-hekk imsejha “nies
tal-kultura” (illuppjati favur is-sekularizmu), qed ixerrdu principj
u prattici moqzieza. Irridu mmiddu ghonqna ghat-taqbida, ghax kif jistqarr il-Manwal
taghna (Kap. XXXVII, para. 105 [k]): Halli jbieghed minna l-iSpirtu Imqaddes il-kalma tal-injoranti u tal-gwejdin. Ahna rridu nirbhu r-ruh individwali qabel ma titkaxkar fid-dlamijiet ta’ dejjem.
Iffirmata
Grupp ta’ 29
Kustodju/a tal-Kodici Socjo-Religjuza