PASSI

 

U ntebah dakinhar kemm kienu kotru.

kif qamu mill-asfalt taqalbu,

mill-ghar kiesah ta’ l-ezilju tieghu:

 

passi mal-matutin

passi fl-orificju tal-lejl

passi telghin it-tarag

passi telghin mill-bitha

passi mat-tgerrim fis-serratura

passi jieqfu wara l-bieb

passi jitbieghdu

passi fgati bis-sigaretti

passi konvulsivi

 

U ntebah dakinhar kemm kienu qorbu.

Kif kotru bhal faqqigh tat-tosku.

mill-vojt mimli b’rih jherrik u jdellek:

  

passi jitolbu l-hniena

passi ta’ l-abbandun

passi mfarrdin

passi jibzghu jergghu lura

passi probabbli

passi ta’ l-ambigwita

passi minghajr konnessjoni

passi jistennew

passi bla sabar

passi ta’ l-osessjoni

passi ta’ l-imkeccija

passi tturufnati

passi mgharrqin fid-dmugh

passi ta’ min nixiflu d-dmugh

passi f’poezija mortali

 

Jinkriminawh.

Fl-awla ta’ l-eki spettrali.