POEZIJA MINGHAJR TITLU
Kien zmien l-iskeletri tal-vinja.
Kien dar is-sadid
ghall-kavita’ kiesha
t’ghajnejh battala.
Kien dar is-sadid
ma’ l-arterji
ta’ l-ezistenza tieghu.
Hu – il-poeta tal-mirakli,
li holoq l-allat u
l-miti
u garrafhom bla skuplu,
bla ndiema.
Kulhadd stenna li dakinhar,
meta kien zmien l-inxufija tad-dielja,
mill-hofor ta’ snienu
kien se jxeblek il-fjur
tal-mewt.
Sakemm
b’ghageb kbir ta’ kulhadd
mill-plakka tal-memorji
u
beda jizzerzaq il-kliem.
Araw, qalu,
Dan ghadu qed jitkellem.