POSTA LIL CONSTANCIA
CASTENADA
2 ta’ Novembru 2010
Għażiża Constancia
Ħadt gost ħafna nisma’ mingħandek wara daż-żmien kollu.
Ma kontx naf li m’għadekx taħdem fl-Ambaxxata Brażiljana f’Bucharest. Nittama li l-pożizzjoni ġdida tiegħek fid-Dipartiment tar-Riċerka Estetika tagħtik is-sodisfazzjon li qed tistenna.
Nirringrazzjak taż-żewġ
kapitli li bgħattli dwar it-teżi li bdejt
dwar Breughel. Niftakrek li dejjem kont
affaxxinata bil-battalja allegorika bejn il-Karnival u r-Randan kif espressa
Kif insib mument żmien, inwegħdek li naqra bl-attenzjoni kollha l-kapitli tiegħek u nibgħatlek xi kummenti. B’kumbinazzjoni, dan l-aħħar jien ukoll ktibt xi ħaġa dwar il-Karnival u l-preżenza ta’ Satana waqt il-festi orgjastiċi lejn tmiem il-Medju Evu. Iżda dwar dan forsi niktiblek meta nkun qlibt it-test f’lingwa li tista’ tifhimha int ukoll (il-limiti lingwistiċi nativi tiegħi inħosshom frustranti).
Intant, se naqleb fuq xi ħaġa oħra.
Xtaqt ngħidlek b’okkorrenza li sibt ruħi fiha xi għaxart ijiem ilu u li għadni qed nipprova nsibilha tifsira raġunata. Forsi tista’ tgħini nħoll xi ftit il-misteru bizzarr tagħha. Ma nafx għadekx interessata fil-letteratura psikika. Niftakrek taqra anki l-Eżerċizzji tad-Divinazzjoni ta’ Hermann Baptiste Sorayan.
Lejn nofs ix-xahar t’Awwissu, fl-eqqel tas-sajf, stedint għat-te lil dil-mara xwejħa iżda fuq tagħha, Marianna, fl-appartment tiegħi fi Triq Tas-Sliema. Wara li tkellimna fuq diversi suġġetti ta’ mingħajr importanza qaltli li għandi wisq trab fl-appartament, u li l-għada kienet ġejja tfarfarli l-kotba, għax taf li minħabba l-istat t’għajnejja, it-trab kien se jqabbadni xi infezzjoni. Għidtilha li mhux se nħalli lilha tfarfar il-kotba mit-trab oħxon u antik li nġema’ tul tant żmien, imma hi nsistiet.
L-għada mort għaliha bil-karozza u kif wasalna fl-appartament, libset xi ħaġa iffjurita li ġabet magħha, bla kmiem, rabtet maktur ma’ rasha u tatha għax-xogħol. Farfet is-salott u l-għamara tal-kuritur (fejn jekk tiftakar, għandi xkaffi twal bl-enċiklopediji) u mbagħad waslet għall-istudju. U bdiet biex tfarfar il-kotba li għandi quddiem l-iskrivanija.
Ħin bla waqt,
Marianna baqgħet tisprejja bil-goff (il-Formula Plus jelimina anki l-bajd tal-wirdien).
Imbagħad
Marianna tkompli tiskarga l-velenu mill-bott. Issa wiċċha m’għadux jidher, moħbi fil-foga.
Idoqq it-telfown ta’ kuq l-iskrivanija. Ħabib tiegħi, b’leħen irqiq, jistaqsini nafx kif ineħħi tebgħa tal-granita tal-frawli.
- Mhux issa. Miegħi għandi mara anzjana qed toqtol il-wirdien u ħlejjaq insidjuzi u koroh.
- Aktarx li l-frawli kien immuffat.
- Mhux issa. Għandi l-kamra mimlija sprej.
- Kemm tagħtini r-riċetta kontra t-tebgħa.
- Qed nifga bl-insettiċida.
- Fottejt qmis għadni nixtriha. Kif se nneħħi t-tebgħa?
- Mhux issa. Issa mhux ħin.
- Kemm se ddum biex tgħidli?
Naqtagħlu t-telefown.
Il-bott tal-insettiċida ma jrid jinħela b’xejn. Il-mejtin jiżdiedu. Marianna m’għadx għandha fattizzi. Lanqas wiċċ.
Issa l-kotba mxarrbin għasra bil-velenu likwidu. Il-kliem u l-kapitli
jibdew idubu u jqattru mill-ixkafef: sentenzi mill-biografija ta’ Sade, versi
Se nieqaf hawn, għażiża Constancia. U nieħu gost jekk jogħġbok tibgħatli xi forma ta’ interpretazzjoni dwar ix-xenarju li ddeksrivejtlek.
Iżda qabel nagħlaq forsi jmissni ngħidlek li Marianna Immacolata Concetta (dak hu
isimha sħiħ) tiġi ommi. Jekk m’inix
sejjer żball ilha mejta aktar
Bl-isbaħ xewqat mingħand
Marius