AFRIKA

Bid-dmugh mimli demm,
migbur fi xfar ghajnejn iccassati;
bl-insetti bejn it-thassir tas-snien;
ma' l-ghasafar li waqghu fuq pajsagg ghadam,
mill-qorriegha sa' l-ghaksa:
                 qed imutu t-tfal ta' l-Afrika,
                  kull tliet sekondi.

Minghajr lozor tal-kefen imutu,
minghajr ilma, minghajr hall qed imutu
b'halqhom niexef it-tfal, jistiraw
f'hogor ommhom minghajr guf
u minghajr sider,
jerhu n-nifs
kull tliet sekondi.

Tmut it-tama kull tliet sekondi.
Imut gejjieni minghajr talb,
mummifikat,
minghajr ingwent u minghajr faxex,
kull tliet sekondi,
mank hemm kaxex
fejn minfuh, jinfaqa' l-gisem.

U l-hniena m'hijiex bizzejjed il-hniena.
Il-poezija m'hijiex bizzejjed.

Mill-farretti f'ras il-poplu jehtieg jidwi,
minn xquq l-ghadam ha' jitnissel,
miz-zmien congi ghandu jitla'
lehen iswed, mill-kannierja,
lehen iswed u feroci mn'taht it-trab
jehtieg ihangar
kontra l-id li thit l-istorja
skond l-annati kollhom glorja
tal-passat.

Sadanittant,
hemm din l-ghazla moribonda:
        bl-ahhar nifs it-tfal mifluga
        jistghu jaghzlu qabel jisktu l-ahhar skiet,
        iharsux lejn id-dezert
        jew iharsux
        lejn il-muntanja.


Imbaghad jintfew.
Skond min imissu.
Kull tliet sekondi