AJIXA
jew il-kodici ta’ l-unur
Qalu:
Bis-sewwa d-dmir li nballtu fuq Ajixa.
Il-missier isawwat lil Ajixa.
It-tlitt ahwa subien isawtu lil Ajixa.
L-ewwel ragel isawwat lil Ajixa.
It-tieni ragel isawwat lil Ajixa.
Ajixa harbet mis-swat
u mid-dezert li trabba f’ghajnejha.
Harbet ‘il boghod, f’art ohra.
Qalu:
Bezqet fuq gieh niesha l-halja
u l-wetqa trid tkun
biex nissaffew mill-ghelt u t-tebgha.
Jum wiehed f’Berlin,
fil-kwartier fejn in-nies
drat thares band’ohra,
instemghu tliet sparaturi.
Ajixa ntaxret fl-art:
sing demm
sing demm
u cappa hamra
thares lejn ix-xemx niezla.
Mario Azzopardi