| FIL-GZIRA TA’ PRIAPU |
|
Fil-Gzira ta’ Priapu x-xemx tqaxxar il-gilda w il-bram jinfetta l-bahar. Izda n-nies tiffanga bl-istuffat tal-fniek u l-fwied moqli tal-gamiem. Tisker taht l-irdieden tan-nar in-nies, tisker bil-festa u bl-ghors tal-pudenda. Fil-Gzira ta’ Priapu l-ispirti tas-shahar nisa ghadhom jinfetqu mix-Xitan fl-iljieli tal-foga. U kollox jintrabat mas-Santu Membru: il-kampnari tat-tempju, il-barnuz tar-ritwalisti, ix-xemghat hoxnin li jgorru, l-arbli tal-karnival, il-krejn li tiela’ ghas-sema, ir-rebekkin li joftoq l-art, it-tfal b’genitali goffi, il-qarn tad-deheb m’ghonq il-barklori, in-nisa jimxu mfettha b’sorm massiv, il-qtates penetrati biz-zkuk u s-suffarelli u d-dagha mxarrab bl-isperma. Fil-Gzira ta’ Priapu l-angli t’Alla jidhlu fin-nisa tal-bniedem u n-nisa joqoghdu mal-bhima. Bhal Goxwa ta’ Xekem il-gens iqim ‘il-pilastri. Bhal Salamun jinkina quddiem il-gebel. U bhal Abram l-irgiel jahilfu b’idejhom bejn koxxtejhom. Fil-Gzira ta’ Priapu, fil-gzira tax-xewk u l-blat u l-bram, ic-cikli jnisslu dejjem l-istess gharaq. L-orgazmi jispiccaw bl-istess ritwal, bl-istess tidnis, bl-istess irwejjah.
U z-zmien jghaddi bil-lajma tal-fkieren, jew jitkaxkar bhal serp ohxon, infilsat fil-qasma niexfa tal-hamrija hemm, fil-Gzira ta’ Priapu. |