HOMO RIDENS
Hekk ghex.: poeta bl-ghata iswed karg f'ghajnejh, daqqa fil-briedel, fiz-zoni projbiti, daqqa rieqed ghall-qiegha, fl-istazzjon, daqqa f'appartment, bil-pjanu abjad, fid-disa' sular.
Jiehu n-noti. Ma jafx x'se jaghmel bihom. Inizzel marki w tahziziet li jaf hu biss. Kien hemm minn xehed li semghu jidhaq wahdu, wara diskorsi twal mal-qtates u l-erwieh, jghallimhom il-vers hieles, projettiv u l-awtomizmi puri. Ohrajn jirrakkuntaw ‘ll-attrici nuda, tahlef mewt b'sikkina, jekk ma jehodhiex wara lejl gin & tonic. Hu nnifsu, jghidu, kien iqalleb fil-manwali, iqis l-spazju, l-hin tal-gravita', meta kien lest, hu nnifsu, hekk kif jghidu, ghall-iskoss kbir ta' l-ahhar, f'gest solenni. Xi hadd xehed li rah miexi wahdu fil-lejl ta' l-ilma mherwel, jibla' l-art, liebes biss l-ingravata u l-qalziet ta' taht.
Kif gheb dak il-poeta ma jaf hadd. Ahbaru sal-lum m'hemmx, ‘qas minghand Alla. Spekulazzjoni biss kien hemm kemm trid dwar id-dezolazzjoni sfieqa tieghu, stramba w insidjuza. U griet ukoll l-istorja li rawh f'wicc ta' qattus, ghand is-sahhara, b'nuccali iswed, xaghru ‘kkulurit iqabbel vrus li hadd ma sama' bhalhom: xenoka damo kraal razvika dumbo rako udondo mako vraal mumati dumbo tako
Mario Azzopardi