KLAWN ENCORE

 

Fis-sala taskontri bix-xorti,

fejn l-atti jibdew ma tafx mn’ejn,

jinheba l-iskritt f’kaxxaforti,

bil-klawn jimprovizza ghalxejn.

 

B’kostumi jinbidlu bil-heffa

u maskri biex jghattu l-felul,

hemm xena b’mizien minghajr keffa,

fejn kollox jintizen bhall-ful.

 

L-applawsi bla sahha, bla hegga,

qed jixhdu finali stordut.

U l-kritika kollha titregga

Ghall-punt tadramm vag u fallut.

 

 

Mario Azzopardi