L-AHHAR FJURA
K ulhadd irid jghidli storja
Iridu jghiduli stejjer twal u kkomplikati :
- stejjer dwar xjaten koroh b'zewgt idnub
- stejjer dwar bhejjem b'ghajn wahda
- telghin mill- bahar bi snienhom iqattru d- demm.
Jghiduli stejjer dwar foresti skuri
u dellijiet u gganti kattivi
u tfal maqfulin fil-fran jew fil-gageg.
Kulhadd irid jghidli l- istejjer.
Imma jien irrid nghid l- istorja tieghi:.
Jisimha : L- Ahhar Fjura tal-Gzira .
-
Il- fjura telghet mis-siment.
- Harget mid- duhhan tac-cmieni.
- Qtajtha minn toqba fid- dlam.
- Qtajtha min- nifs ta ' ragel fqir
li jorqod l- iljieli tieghu fuq it- tappieri.
- Qtajtha mill- fabbrika mfarrka tal-murtali.
- Qtajtha mit-tubu tan- nifs fl- isptar
meta dahhlu ‘l habib tieghi u qaxxrulu rasu.
- Ghandi storja dwar dil-fjura solitarja
tikber fit- tikmix taz-zmien
fi hdan it- tempju l- abbandunat.
Fjura bil-kuluri kollha tad- dinja.
L- istorja tieghi tkun ta ' veru.
Ma tkunx twila wisq . U rrid nghidilhom,.
Jew naqfilha f'buzzieqa u ntajjarha
ddur fuq is- soqfa catti
biex jisimghuha l- ghasasfar meta jaslu min- nord
jew il-qamar
li jghasses il-gzira ckejkna tieghi .