L-ANGLU LI
JHABBAR
Kiteb messagg qasir fuq il-hajt niedi
l-anglu li dahal bhal habbar, mit-tieqa:
bix-xabla tad-dawl ahdar wasal,
u b’ragg irqiq, dritt u niffiedi, kiteb hekk:
Ma tregga’ lura qatt l-ghanja
li tkun kantajt
U li fittixt bil-versi, minnek innifsek firdek.
ma nafx mnejn wasal
il-habbar tas-sejf.
Ridt nghidlu,
qabel m’gheb fil-vojt dak l-anglu,
li lhaqt hattejt ghal kollox il-vizjoni
u llum
bl-gharfien,
bl-intuwizzjoni,
u la rrid kant u lanqas versi ta’ missjoni.
Gharaft
li dal-feriti miftuhin u fondi,
das-sensi mniffda,
dan-nervi jitrieghdu
m’humiex wirt tieghi wahdi,
‘ma tal-bniedem,
li s-sugu tad-demm u l-materja tieghu
iss’ilu jcarcar sa mill-antenati,
mill-gherien skuri tal-prefissi
w se jiccarcar jibqa’, sa l-apokalissi.
Ma rrid l-ebda ghanja li titregga’ lura.
Bil-poezija ma niskopri xejn ma’ irrid.
Bilfors li l-anglu ried jiccajta.
ghax fuq il-hajt,il-kitba m’ghadhiex hemm
U rixa mank ma halla,
biex nemmen li gie jzurni.
Mario
Azzopardi