L-INVESTIGAZZJONI

 

 

Hawn gejtu tfittxu ghalxejn.

Intom min intom:

kummissarji,

gurnalisti,

kronisti kulturali,

regolaturi tal-morali

jew

skwadristi tal-mewt.

Gejtu ghalxejn

bil-klieb tax-xamm u l-gass,

bl-apparat kollu digitali.

Bit-torci cellulari ghalxejn gejtu,

bis-slielem mal-gallarija

u s-srieraq ghat-twieqi

u l-hadid biex tifqghu is-serratura

 

Dal-lejl gejtu ghalxejn.

 

            Il-bierah rajnieh riekeb

            fuq l-ahhar poezija li kkompona,

            xaghru mqanfed fir-rih,

            wieqaf fuq karru tan-nar,

            fuq ir-roti ta’ l-alluzzjoni

            jtir lejn l-infinit.

 

U intom gejtu tard,

kannibali tal-versi tieghu.

Ma halliex provi, lanqas dokumenti.

Hlief dar imbarrata warajh ma halliex.

U la tifqghu il-bieb

jew taqbzu ‘l gewwa mill-gallarija

jew

mill-fetha tax-xorok tal-bejt

se ssibu putrifikati

d-dellijiet inutli u mtaqqba

li halla warajh,

il-kliem banali l’avzajtuh juza maghkom,

intom:

kontrolluri tal-paralizi pubblika,

l-iskribi tal-falzita’,

l-agenti tal-poza medjokri,

parassiti li tbejtu fl-ippurgar polit’ku

u fil-korruzzjoni.

 

Dal-lejl wasaltu tard.

 

 

 

Mario Azzopardi