MILL-KATALGU TA’ TFULITU

 

 

L-ekwazzjoni li qatt ma stenna:

Iz-zmien inezorabbli li gabu lura hawn,

fit-triq fejn twieled.

Mnejn gie ma jafx.

Jew minn liema bieb dahal.

Jew lil min gie jzur.

 

Izda jinstema’ car ir-rih.

Jimbotta l-hajjiet qodma

mal-htieg mutrab tal-gallarija, bit-toqol tad-dettall:

    

        tfal bil-gwienah u wicc tal-mewt

        jahbtu ma’ l-anteporta

        u r-radju ssiggilat minhabba l-gwerra

        u x-xemghat jirkaccjaw il-maskra-demm

        fuq wicc il-kurcifiss

        u l-kuruni tal-karti celesti ghall-festa

        u t-terramaxka

        u l-kju ghall-gobon Amerikan

        u l-funeral bil-parilja

        u x-xih bil-karettun tal-bigilla

        u t-tifla bil-Ballu San Vitu

        u s-sacerdot jghaddasha fit-talb kontra x-xitan.

 

Kien haseb li zloga d-dettalji.

Imma issa regghu hemm,

Jirxuxtaw lilhom infishom,

wara l-ezilju tieghu.

 

Wieqaf.

Quddiem l-integritataxbihat qodma,

mexjin bil-flemma

fuq il-habel stirat tal-prezent.

 

Inverzjoni li m’huwiex jifhem.

 

 

Novembru 2000

Mario Azzopardi