OFTALMIJA
Bhal gwerrier liezem hiereg mill-isptar
fejn jikkuraw l-iskerzi tal-vizjoni.
Sturdut mid-dawl u mneffah bl-isterojdi
trawmatizzat
u mgharwen mill-azzjoni.
Kien necessarju li jsir l-intervent.
Zgur ma setax jippakkja fil-memorja
fehmiet tal-genn, li jqallbu
l-vista kollha
minghajr il-fil accettat mill-istorja.
Attakk bil-lazer utli kien, fic-cert,
biex jiskansaw il-gwaj tal-konsegwenzi
ta’ lottatur li nissel
tant periklu
b’diskors bla hsieb u taqlib
fis-sentenzi.
Sar kollox f’waqtu, hadu ftit sighat.
Sterilizzawh u raw li ghajnejh fissi,
jaraw ghad-dritt, minghajr il-fantasija
li ma swiet xejn hlief
holqot dak l-eklissi.