RAGEL TA’ STAGUN PERPETWU
Ma hadmulux l-aforizmi u l-proverbji
lanqas il-qratas ta’ l-analogiji li vvinta.
Kien sar leggenda ‘ndemika
ta’ l-imhabba ddisprata
u l-kontrokurrent.
Terapija ssuggerewlu ghal wahda mija jew li jghadduh process intensiv
fix-xandir populist johorgulu l-indizju morali riedu xi whud jew
inaqqxu fuq mohhu tatwagg jew jaghtuh l-elettriku f’rasu w fil-bajd
ideffsulu mal-hniek plakka dentali
bl-imsiemer tal-qrieq
jew jiffrizawh haj riedu ohrajn
biex itemmulu x-xenqat li kellu
ta’ qobru shun ghan-nisa nativi
w ohrajn
Slavi, Latini, Tedeski w Anglo-Sassoni.
Ipprocessat fic-crieki tal-hbieb u l-ghedewwa kien ezilja lilu nnifsu
w mexa l-oqsma tal-hgieg imkisser jittama dejjem li tisfuma l-awtobiografija
u tibqa’ biss l-istorja finta, il-hrafa tollerabbli mhaffra fil-gilda
Xlewh il-Gerriema tas-Santi jahraw ix-Xjaten,
b’wicc grieden nisa xjuh bin-nuccali xlewh
li kien opportunist
kambjabandiera
harrief kontradittorju
b’kimika perikoluza ghall-poplu haddiem.
Qalu li kien nomadu jinvoka ‘l Tanit u ‘l Semeli
w l-okkulti ta’ l-estasi mkebba fi cpar settiku
Qalu
li ried jannulla l-passat
jisfronda l-prezent
u jahraq il-manifesti tal-futur.
Qalu li ried iqarraq u jiffirm’ ismu
fuq il-qawsalla ta’ l-illuminati.
Hu jaf:
ta’ skriba li hall il-parcmini kkripati,
li kiser is-sigill taz-zmien u l-ispazju
jaf
li bhal-lottatur tad-dawl
irid jimla l-vojt
billi jissokta l-kapitli
tal-Ktieb tal-Kuxjenza Nejjieka.