REALITY SHOW
Din il-gimgha tawh slot.
Kien applika ghall-mument tal-fama.
Libbsuh in-neck mike riduh iwiegeb
tliet mistoqsijiet krucjali
- Int min int meta m’intix quddiem l-iskrin?
- Int min int quddiem l-iskrin?
- Int min int minghajr l-iskrin?
Kien hemm ibbuwjar qawwi
meta wiegeb ‘mhux cert’
ghat-tliet mistoqsijiet in fila.
Kien qed jarah il-pajjiz kollu
u l-produtturi
fil-kamra tal-kontroll
hasbu li ffloppja l-ispettaklu.
Sakemm hareg pistola mill-but
spara fuq it-teknici
u mbaghad
lejh innifsu.
F’mohhu.
Hafna insetti digitali hargu minn rasu
u f’kor xi ftit assurd
(kif tistenna li jkun kor ta’ l-insetti)
kantaw reklam
ghall-episodju li jmiss.