RIT
TAL-PASSAGG
Alrewas, Burnton on
M’ghadx baqa’ fjura
wahda fil-gnien tieghu
li ma tkeffnitx fic-cpar.
U ma
kienx baqa’ qlugh li ma zzarratx.
Kien
mehtieg li jsir hekk.
Kien necessarju illi jmut
il-bahar
u l-wied jitqaxxar mill-kahwiel u l-plejju.
Kien mehtieg li
jinharqu l-ghelieqi
w l-ghanjiet ta’ niesu jinxfulu fil-vini.
Kien mehtieg illi timradlu
qalbu,
li tinhakem fit-tnalja
ta’ l-ansja bla lehen.
Kien necessarju r-rit
tal-passagg tieghu:
Kien mehtieg li jisker
bil-vagezza
ta’ l-odissea mgedda, lejn in-nord
u jpingi l-ironija bit-tatwaggi.
Kien mehtieg illi
tinkiteb il-leggenda
sabiex mbaghad
jitqassmu t-troffi
u labtijiet
juru ‘l-ghajnu msewwija fi trianglu.
Awissu, 2000