RAGEL TAHT IX-XITA
Taht xita traxxax jisfuma d-dawl ghajjien
Tal-ahhar hanut tal-kafe’ bl-ahhar klijenti:
erwieh orfni li m’ghandhomx fejn jorqdu
U xorta jroddu l-lejl it-tajjeb lil xulxin
Kif imdorrija.
B’idejh fil-but, b’tisfira rqiqa
Ghaddej dar-ragel miexi taht ix-xita
Dar-ragel sieheb- il malinkonija.
- Bhal huta bis-saqajn miexi dar-ragel
- Bhal karrotta mhassra liebsa kappell
- Bhal xemgha mghawga minghajr ftila miexi.
Warajh ikaxkar salt ilhna remoti
Jipprova johnoq hosshom bit-tisfira
U jhewden x’ghad baqaghlu jghix
Issa li tilef il-poter fuq hajtu,
Issa li nbidlu ghajnejh f’mirja
Li m’ghadhom jirriflettu xejn.
Ghaddej b’idejh fil-but dar-ragel, taht ix-xita
Bil-melodija bejn xufftejh kiesha w tinghasar.
Mario Azzopardi