RAGEL U MARA FUQ BANK

--------------------------------------------------------------

Minn Mario Azzopardi

 

 

Filghaxija.  Xejn eccezzjonali hlief is-solennita' tal-banali. It-tnejn bilqieghda fuq bank tal-hadid fondut.

F'ghajnejha hemm 53 qamar mitfi.  Hu mimli kapsuli biex irazzan in-nefha tal-prostata.

Izda m'hemm xejn straordinarju.

Bejniethom hemm transister itextex l-istazzjonijiet konfuzi u bejniethom ukoll is-silenzju ghajjien.

Hi thares lejn in-nies ghaddejjin u ma tarahomx.

Hu jifli d-dawl bati fil-bahar jipprova jiftakar fejn hi l-linja tal-orizzont.

 

Lura fiz-zona domestika tar-ripetizzjoni tinzel il-purtiera tal-indifferenza li ndrat.

Xejn straordinarju. Kollox familjari.  Anki l-istanjata u x-xibka tan-nemus.

Il-fruntieri 'nvizibbli parti mill-formola. L-istess bhall-anatomija tas-sajf twil u niexef taghhom.

Ragel u mara:

inkullati.

Ibbalzmati fiz-zmien li fadlilhom flimkien.