Ried ikun jaf
Ried ikun jaf mnejn jitnisslu l-ilsna tan-nar u min jivvinta l-ballati.
Ried ikun jaf
liema kumpass għandu jitwemmen meta s-siti kollha jkunu nħarqu
u ċ-ċwievet intilfu jew m’għadhomx jaqblu mas-serraturi.
Sadanittant
għadu jitriegħed bħal dielja mneżżgħa fir-riħ vjolenti mill-majjistral
jistenna bħal ġebla maqsuma fuq
l-għatba ta’ x’fadal