RIVOLUZZJONI

Fil-Misraħ it-twerżiq tar-rabja  msadda 

Jipprova jwelled poeżija strapazzata.  

Jiżdied il-gass u s-swat  bl-arresti.

Jimxi  jqaxxar  l-asfalt id-demm  taħt il-bankini 

B’ħamiem novizz kurjuż  iħares  lejn l-irqajja’.

Il-mewt  tgħaddi  ‘ngarżata  mal-istorja

Tgħaddi minn fuq it-twiebet.

           U mill-palazzi tagħhom  id-dittaturi  jittawlu bis-serqa 

           Bin-nervi  ta’ saqajhom  fildiferru.