SABUTAGG
 
 
Ikunu ghaddew snin twal 
minn fuq il-versi mejta tieghek.
Ma jkun zarhom hadd  aktar u jkunu ntesew
U int mill-qabar   
jew mill-urna fil-vetrina 
tkun gharaft 
li mhux se jaqilghu inkwiet,
li ma hallewx tracca.
 
Izda jaf jigri
li kif tkun lestejthom,
kif tkun stivajthom u tajthom ritmu,
il-versi jinqalghu mill-karta: 
         
         bhall-imherwla fir-rih iduru ghalik
         u jaghfsu m’ghonqok,
         sriep infettati b’wicchom xewki
         mill-ghajn tal-midghajja