SACERDOT T’ASTARTE

 

 

Kont sacerdot t’Astarte jien.

Kont l-ikkalzrat tan-ninfa tisturdini bl-ghanjiet taghhambaghad tahlibni.

U f’izmna li ma kontx naf nghodd kien hemm iz-zejziet t’Ommi l-Hoxna.

U kbirt bil-qasba f’idi drittghall-ponta

noghdos taht l-iklah mediterran ninfed il-qarnit u l-pizzintun

u naghraf caqlieq is-smewwiet mill-kangji u d-daqquq.

U kont sirt tajra bhalhom

immigrant minn wied ghal iehor nigri gharwien fl-gherien.

 

Sas-serp kont naghraf l-gharaq tieghu u nifhem x’hemm f’ghajnejh

hekk meta jinxef l-ilma:  kont naf li l-mejtin qodma jafu jreggghu l-ilma lura

fuq gzirti tal-misteri fil-bahar tan-nofs.

 

Kont nobzoq il-hamrija bejn is-swabat’idi fuq hajt samm

kull xbiha li nimmarka naraha tiehu n-nifs trid tghid xi haga

tehodni lura u  ‘l quddiem fiz-zmien:      

minn pellikan fil-katakombi nsir psewdo-Ruman u Hakem

nofsi mawmettan nofsi raheb nisrani

gwerrier kontra l-furbani

pagg tal-Granmastru 

xewwiex kontra l-Francizi. U mbaghad

tawni nibblakka z-zraben tal-Inglizi.

Sakemm hatruni Mhallef tal-Uqija

bil-bombi nezlin qliel madwari

jqallbu bla hniena l-art u l-bahar jihmar.

U temghuni l-gaxin tas-suldati.

 

M’ilux twebbilt bis-shih:

jien hieles w ewro-mediterranju.

Twebbilt li qed nghix fl-era tal-mirakli

li naf il-kelma tal-qaddis.

 

Imbaghad gharaft

li minn zmien zejzet  Ommi w il-vagina qaddisa t’Astarte

bqajt li ma nafx min jien:

hemm hofor wisq u d-damma nfetqet.

Insibni nergagharwien

nissingjghasafar bl-okra taghti fl-ahmar

ninzel ghall-ilma fond ha’ forsi nifhem mnejn tnissilt

jew

nahsel indur mac-crieki ta’ xortija f’saqaf il-kaverna.

U nergannaqqax huta jew hanzira titma’ ‘l gensi

titma’ ‘l-ihirsa b’dellhom jizfen mignun

man-nar vjolenti.

 

U sibt

li dal-bahar m’ghandux xefaq.

Dil-blata bil-widien hawlija m’ghadhiex trodd hlief zejt mahruq.

U jien

b’dan l-ilbies stramb b’xaghri jehfief itir fil-majjistral

b’das-saff fuq iehor ta’ kostumi skont ic-centinarji

qed nidden fuq il-bejt: 

                 serduq b’saqajh marbuta w ikkastrat

                 imdendel rasu ‘l isfel

                 lest ghat-thanxira fuq l-altar t’Astarte.

 

 

 

Mario Azzopardi

Lulju 2011