SALA NUMRU M-K 13
Sala numru M-K 13 fl-isptar statali Virgo Fidelis. Ghan-nisa. Sospiza fl-ajru riha ta’ fjuri fl-ilma qieghed, jinxfu quddiem il-Kuncizzjoni Immakulata, tithallat ma’ l-ispirtu ghall-kirurgija u d-disinfettant irhis li jimmoppjaw l-art bih. Mal-hgieg tal-partixin hemm id-dubbien mejta li xi hadd iccattja f’demmhom b’sarvetta jew gazzetta tal-Hadd.
Hemm pazjenti bojod konvalexxenti u ohrajn jistennew dijanjosi.
Hemm ohrajn registrati bil-lest ghall-iskalpell jew l-infid bir-raggi jew l-assalt brutali (aktarx finali) bil-kemoterapija.
Ohrajn diga’ hadu lewn il-krisantemi.
Il-pazjenti marbutin flimkien bi hjut kapillari invizibbli, imma ma jikkonnettjawx.
Kollha jghixu l-mumenti taghhom ta’ swied-il qalb donnhom pjaga muta, infettata u midluka bil-gibs mahlul.
Sodda n.3
Magenb it-tieqa. Bi sturdament, il-pazjenta tqum u timxi, tkaxkar l-arblu tad-dripp u thabbat fuqu b’imgharfa tal-metall. Tghid li qed jaghtuha demm infettat u li qed titfartas bil-heffa. Tinxef bicca minn gisimha kuljum.
Sodda n.4
Jissuspettaw endokarditi severa. Subakuta bakterjali, qalu li jissuspettaw. Hajjitha mrieghda bil-bard, fil-jum tad-deni l-qawwi u l-konvulzjoni. Bil-lejl cirkondata mir-rovini ta’ gismiha.
Sodda n. 7A
Ma tkellem lil hadd. Din il-gimgha jaqtghulha r-rigel tal-lemin, mill-irkobba ‘l isfel, minhabba z-zokkor. Wahhlet mat-tastiera ritratt mitfi mis-Snin Sittin, tippoza b’malja f’zewg bicciet, psikadelika. Kien iz-zmien meta l-fjuri kienu jaqghu f’hogorha bil-heffa tal-kometi. Illum flok fjuri, il-garza tinten u l-bqija ta’ hajjitha ‘nkaljata.
Sodda n. 10
Magenb it-tieqa. Il-mara ilha sebat ijiem biex tmut. Ghajnejha xquq imwebbsa u halqha, orificju ghad-dbieben ta’ Settembru jdellek, miftuh ghal-lest biex temigra ruhha. Fuq il-komodina n-ners gabet ghal-lest l-opsite sealer, biex jisprejjawlha l-feriti malli tieqaf tikkumbatti.
Sodda 10 B
Tawha maskra tan-nifs. Tidghi kontra nies zewgha ghax iffirmaw biex tittiehed fi sptar tal-mohh. Tirraghlhom ilkoll kancer fl-istonku, mimli dud u ntiena.
endoskopija estrazzjoni tal-mudullun bil-labra mill-kaxxa tas-sider
ghal-laboratorju xarba barium biex tixghel l-istonku flixken bil-plasma ghadam rewmatiku u konfoffi interni bejn celluli li ggennu bakterja taht il-lozor u taht
il-gilda u bejn is-swaba’ tar-riglejn dijabetici u padelli ghall-urina bil-hjut
tad-demm u d-dijarea u cilindri u maskri ghan-nifs u magni jirregistraw l-arterji mizdudin u santi tal-qaddisin u kuruni tar-ruzarju mas-sodod u arja ta’ abbandun putridu ggranfata mal-hitan tas-sala
Fil-qatgha numru 7B hemm mara b’ghajnejha vagi u l-habbiet zghar u qodma u msaddin bhal muniti rumani. Eta’ bejn 60/75 u mija u tlieta. Vaga wkoll. U armla. Il-pazjenta mqabbda bil-pajpijiet ghan-nifs u ghall-infuzjoni bil-pompa awtomatika tas-siringa. Mudell Graseby 3100.
Heparin 10.000 iu = 2ml
N/Saline 0.9% = 58ml
Starting Volume = 60ml
5.0 ml fis-siegha.
In-ners l-imqita, dik ta’ xagharha bin-nokkli zghar u fitti bhal wajer imghattan, thabbar li baqa’ 10 minuti biex jitilqu mis-sala l-vizitaturi.
Sodda n.10
Hemm kommozzjoni. Qed igorru tebut taz-zingu, bir-roti merhija, izaqzqu w jinghu.
Fil-qatgha numru 7B tidhol mara bin-nuccali skur, liebsa ffokk ahdar jixghel tad-ditta u bermuda bit-tinja spjanata. Tkaken gholjin u saqajha mqaxxrin. Minuta w nofs wara jidhol ragel bil-gakketta ccangjata u qmis skura bl-ghonq miftuh u n-nuccali tax-xemx fuq mohhu. Ir-ragel ma jghid xejn la lil wahda u lanqas lil ohra, u jiehu telefonata cellulari. Il-mara bit-tkaken gholjin tqieghed flixkun ilma zghir fuq il-komodina. Il-pazjenta bil-habbiet t’ghajnejja zghar bhall-muniti suwed rumani tibqa’ thares cass u l-boghod lejn il-katidral ta’ l-irmied, kulur il-holm taghha meta jaghtuha biex torqod.
kif sbaht dalghodu ma tidhirx hazin ma tridx titmewwet u trid ticcaqlaq mhux thalli l-bajtra taqa’ f’halqek battikata biex tipparkja u t-temp maghqud donnha gejja x-xita ahna sagrificcju biex nigu narawk ghax it-tnejn ghandna x’naghmlu u jien iktar minnu, ghax allajbierek ma jaf jaghmel xejn ma darretjux tajjeb la trid tkun taf ma tidhirx hazin hawn hafna aghar minnek u ma tridx tghaggibha u toqghod tibza’ dan kulhadd jaghtih sturdament u dardir u ghidtlek l-ahhar darba biex tghidilhom jaghtuk iz-zejt biex tipporga jien naqta’ rasi li qed tibza’ ghax wara li tohrog minn hawn ma tridx tibqa’ d-dar wahdek u jien ma naghtikx tort ghax iss’ hemm l-eta’ u ilna nghidulek biex tingabar x’imkien fejn jiehdu hsiebek pensjoni ghandek biex taghmel tajjeb mhux toqghod titqammel se nghaddu ‘l hemm ghax qed jibghatuna insomma ma tidhirx hazin ghaddejt ‘l hemm forsi nittawlu l-hadd
Ix-xita habtet mat-tieqa u mbaghad mad-dellijiet ta’ quddiem il-mara fil-qatgha
numru 7B. It-tnejn prospetti dezolati: ix-xita u ghajnejn il-mara bil-habbiet zghar bhal muniti tal-qedem, midfunin f’katakombi.
Kollox skemat u mmarkat mat-tabella tas-sodda, in-naha tas-saqajn. Il-kaxxi tat-tabella mimlijin konmvulzjonijiet, kejl tal-polz u l-volum ta’ l-urina wara l-amministrazzjoni tal-burimex 2mg.
Is-sodda tal-mara tintrefa’ mill-art u tohrog mit-tieqa fix-xita rqiqa w shuna
w tivvjagga biha b’kollox f’kuritur immens u trasparenti. Tehodha f’tarf medda tal-fidda, taghti ghall-bahar, fejn tnehhi l-pajpijiet tan-nifs u s-siringi tal-heparina u timxi wahedha, minghajr hrieqi w minghajr triehi.
Il-lozor jiffurmaw qlugh tal-harir u fuqu minsug isimha.
Issa tista’ taqla’ l-habbiet t’ghajnejha u tarmihom itiru bhal ghasafar tal-magija.
Id-destinazzjoni m’hijiex fissa.
Izd’hi ma tafx.
Mario Azzopardi
Settembru 2005