SHANAYA

Ghadni ghaddej fi triqti

 

 

Dehlin minn fuq l-irdum l-ghasafar,

gejjin mill-boghod,

forsi mnejn beda t-toqol tal-vizjoni tieghi.

 

Bil-gwienah miftuhin u dritti:

huma jtiru naha,

jien miexi n-naha l-ohra,

infittex it-trazzin tal-poezija,

nivversja hajti taht l-ilsien

biex nohloq hjiel tal-grajja tieghi,

biex nizra’ l-karba tieghi fuq l-irdum

forsi 

   xi darba jaqrawha wliedi,

               il-hbieb, forsi, li stkennew mix-xemx,

               in-nisa sbieh tal-maya jaqrawha

   jonkella t-tjur tal-passa

               jew          

               l-erwieh irdussati fix-xquq ta’ l-irdum.

 

Dehlin minn fuq l-irdum l-ghasafar

u jien intektek moghdijieti

bhal Tiresja,

bir-raghad li jkarwat f’rasi,

bil-mirakli jinfetqu b’indicenza,

bl-aroma l-antika

tinfidni bhal meta sturdejt

fl-iljieli ta’ l-gharaq u s-sugu li hlejt.

 

Ghadni ghaddej.

Wahdi.

Bhal strofa li tehtieg li toqghod f’postha,

jew bhal kavilja ghall-irfid tad-dubbju,

bhal stilla turufnata tfittex pawsa,

hekk malli jieqaf hesrem krib l-ghasafar,

hekk malli jidlam cappa fuq l-irdum