SOLIPSIZMU XXI
Il-forma m’ghadhiex aktar definita
u d-dimensjoni catta, minghajr lewn.
hekk kif zvinta
l-emporju tax-xenqat.
Ma tista’ tafda xejn
u mank id-dubju m’ghadu jaghmel sens
f’nofs il-kuncert tad-dissonanzi.
Figmenti biss kull m’ghad fadallek:
tangenti mbieghda minn xulxin,
ma jwasslu mkien.
Titkellem donnok taf li nbdilt f’haddiehor
bi trapjant stramb li sehhlek waqt l-irqad nervuz.
Taf li l-allat iggarrfu kolha, bil-puntati
u taf ukoll
li hekk kif tghajjat, m’hemm hadd lest jisimghek
lanqas
meta tipprova li minn saqaf halqek taqla’ x-xewk
jew l-istallet
mill-farrett fond li haffrulek f’genbejk.
M’hemm hadd biex jannullalek is-sentenza
u sadattant
tobrox biss tista’ gozz graffiti mal-hitan.