SAMIRA TAL-MAKTUR ABJAD

 

 

 

Samira harget mill-mohba

xxejjer maktur abjad donnu farfett

jipprova jistejqer mill-herba.

 

Samira mxiet lejn it-tank fit-tarf

tat-tifrik mnejn darba kienet tghaddi

bil-qfief taz-zebbug ghall-ghasra.

 

Bil-maktur abjad f’idha

mdennes bhal wicca

mxiet Samira lejn il-mostru tal-hadid

bi snienu joghlew mit-trab

u l-kanun imqajjen bhal zobb vulgari gganti

lejha

lejn il-maktur f’idejha

donnu farfett sturdut.

 

U mbaghad it-tfaqqigha.

u d-demm f’daghdigha

mat-tir f’rasha jinfidha

minn quddiem ghal wara.

 

Sabuha hemm lil Samira:

bil-maktur marsus f’idejha

bhal farfett fgat

bla hajja daqsha.

 

 

Mario Azzopardi