SKIZZI TAL-KARNIVAL

Mario Azzopardi

 

 

Meta  fil-15 ta’ Novembru mort l-isptar Salus Infirmorum biex nigbor l-affarijiet ta’ K. mill-komodina,  fejn riglejja waqa’ pakkett  irrumblat tal-karti oljati.  Bil-linka Indjana kellu miktub fuqu ROKSANA.

 

Ma kelli l-ebda konoxxenza ta’ dan l-isem.  K. qatt ma semma lil hadd b’dak l-isem. Il-karti kienu mqasqsin ilkoll indaqs, fic-cokon, bejn wiehed u iehor seba’ centimetri bi tnax.  Kien hemm hafna disinji ta’ “maskri” immankati: ucuh b’erba’ widnejn; dirghajn minghajr pali, jispiccaw ftit ‘l isfel mill-ispalla u li, minflok swaba’, kellhom truf f’ghamla ta’ granci jew tnalji; jew mara b’zewgt irjus, jikkustinjaw ma’ xulxin. Tahthom b’karattri pitturati, hemm spjegata n-natura tal-grafika::

 

           Possibiltajiet ghall-Karnival tal-Boloh,

           Riciklat  mis-snin Ghoxrin/Tletin

           fuq tnebbih mill-iSpettakli tad-Deformati li kienu esportati

           lejn l-Istati Uniti fl-istess perjodu.

 

           Disinji ta’ K.

 

Iddecidejt li fis-sitwazzjoni tieghu, issa li ggrava tant li f’rasu libbsuh mazzra hoxna tal-lastku biex ma jigdimx u rabtulu jdejh f’gakketta tal-forza, K. ma kienx jehtieg ir-romblu tal-karti ndirizzat lil Roksana, kienet min kienet.  Fil-komodina kien hemm nuccali, imkatar tal-karti, hames laringiet li bdiet iddur ghalihom il-moffa, zewg kopji ta’ l-Anuario de Algunas Ceremonias Relationadas con las Fiestas Populares  (minbarra bl-iSpanjol, K. kien jitkellem u jikteb bir-Russu, bil-Grieg, bit-Tedesk u s-Sard),  kopja msewsa tal-Matrimonyu  a la Maltiya f’is-Seklu  Tmintax (edizzjoni 1844), riga tal-plastik, pinna rqiqa u flixkun linka tat-tpingija. Osservajt li l-lozor ta’ fuq is-sodda kellhom taqtir profuz tal-linka, minbarra rqajja’ ta’ demm mitfi fuq l-imhadda. Tfajt kollox f’borza kannella tal-karti, iffirmajt  ir-registru li wrewni u mort id-dar.

 

Ghal xi raguni jew ohra, filghaxija bdejt nistenna t-telefon icempel mit-Taqsima ta’ l-Izolament.  Kont bejn halltejn naqtghux jew le. Imma deherli li kelli nhallih imqabbad, ghat-tajjeb u l-hazin. Forsi stajt naghmel xi haga ghal K.  Ma nafx xiex, imma xi haga.

 

Kelli leblieba biex inholl il-karti.

Wara l-ewwel erbgha, hames faccati mimlijin disinji strambi, kont dizappuntat.  Il-mazz tal-karti kien prattikament vojt, hlief ghal ftit folji b’kitba rqiqa hafna, dejjem indirizzati lill-mara misterjuza.  Il-kitba kollha kienet tirrefefri ghal “Notamenti dwar Kostumi Straordinarji ghall-Karnival tal-Htija”.

Kulfejn kien hemm nota ghal Roksana, K. kien “iffirmaha” billi ghafas subghajh il-kbir fil-qiegh tan-nota.  Subghajh kien imcappas b’likwidu ahmar, probabbilment demm.

 

Il-ftit faccati ndirizzati lil Roksana nista’ nirriprodici whud minnhom hawn, biex ma ngharraqx l-original u bit-tama li l-qarrejja jsibu xi tarf taghhom, jew ahjar, ta’ l-agitazzjoni mentali ta’ siehbi K., artist minghajr kwalifici akkademici, paranojku u falliment totali fejn jidhlu l-avventuri amoruzi.  Imma halli nghaddi ghan-noti:   

 

      Roksana – L-ewwel idea hi li ghall-Karnival  nilbes tan-Nutar tal-Karcilla u noftoq il-konvenzjoni dejqa tal-pajjiz  kontra s-satira pungenti u erotika. Nohrog bi hjara twila hierga mill-kuzakk, bhall-parti tal-hanzir, ghan-nisa biex jaraw, jixxenqu  u jixxenjawghaz-zalzett frisk.  Imbaghad taparsi naghti kemm niflah f’sorm mara tewmija, minn wara ftit hotbija. Meta naraha tinkaram u tibda tghajjat f’ghaxwa, kull zejza nniffdilha w noqtolha.

 

      ***

  

      Roksana – Bhala divertiment ghall-kategorija l-gholja twebbilt bi travestija trans-sesswali.  Gie f’mohhi li nilbes ta’ flagellatrici, b’sider falz imqabbez u mikxuf, kuxtejja barra wara trattament ghall-pelozita’ profuza w antipatka tieghi u naturalment, bi frosta bejn snieni.  Nintasab fil-Bieb ta’ Vjal ir-Repubblika u niddikkjara li se nsawwat ghall-gost lil dawk li jammettu l-iSkopofilja, jigifieri dawk li jecitaw ruhhom b’sadizmu passiv u nemmiesi.   B’dal-kostum ikun jisimni Aurora Raudeline de Sanctis, Awstrijaka li kienu qabduha fis-sodda ma’ l-Isqof Rubinstein, dak li jinghad li kien ilahlah is-sigrieti tieghufi sjuna bl-ilma mbierek.

 

                 ***

 

     Roksana  -  Ara x’jidhirlek minn din it-tahziza. Ir-Re tas-Sriedaq jirrapprezenta

 l-poter politiku.  Ghandu halqu kbir, b’hanek tal-hadid,  snien lewn id-deheb u jliegheb meta jkun qed jibla’.  Dan serduk dionisjaku: rasu ta’ ghasfur u gismu muskolat imma mislut, b’rubina f’zokortu, simbolu ta’ l-illuzjoni u l-weghda utopika.  F’idejh izomm il-kartella tas-sapjenza, ghall-interpretazzjoni magiko-animistika ta’ kull xorta ta’ ligi u tasssazzjoni b’risq ic-cittadini.  Jista’ jkun hemm diversi ipotesi dwar l-iskop ta’ dan il-kostum.

 

      ***

 

      Roksana – L-ebda wiehed mill-kostumi m’ghadhom joghbuni.  Nahseb li dan li qed nibghatlek hawn, jista’ jissodisfani.  Dan kostum li pingejt wara nofsinhar, meta kienet niezla x-xita. Ispirat mill-istorja tal-Hospices Civils de Lyon. Il-kostum ikun jismu “Il-Habbar tal-Pestilenza”, karattru Franciz li kien imqabbad bhala tabib mal-Hotel Dieu tul l-epidemija, u li kien habib erudit ta’ Rabelais.

Nilbes bhal penitent, b’kappell catt, bil-faldi kbar ghat-tond,  u munqar twil tlitt ixbar.  Kollox iswed, jaqbel mal-malinkonija tieghi u mal-profondita’ ta’ ghajnejk, Principessa ta’ hajti skura, ghajnejk il- bjar fejn jeghrqu l-istilel. M’ghonqi hodon irjus ta’ trabi mejtin.

 

 

Il-folji l-ohra li halla K. donnhom ma jaghmlux sens. Sibt xi hzuz imghagglin dwar  “Maskri u Konfraternitajiet ta’ l-Erwieh”  u  “Karnival tal-Burlesk Qaddis”.  Hemm ukoll xi referenzi ghal “Don Carnal, l-Arcidjaknu u l-Qahba ta’ Tat-Torri  l-Ahdar”, u anki ghall-“Kwarezima l-Hoxna tas-Seba’ Saqajn”, fix-xbiha ta’ mara goffa tqandel zewg hutiet enormi u basket bil-hwawar erotici. 

 

Dakinhar stess filghaxija, hekk kif  kont ghadni ntella’ u nnizzel  x’se naghmel b’dawk il-folji eccentrici li halla warajh K, cempel it-telefon.

 

Bqajt inhares lejn l-apparat.  .

 

Cempil persistenti.

 

Ma kontx nafx ghandix inwiegeb.

 

      

 

Mario Azzopardi

Frar 2007