TLIET FARRETTI RQAQ

 

Mill-buqar

fejn ghereq il-holm kollu,

fejn tghaddset kull rebbiegha

mqaxxra bhal mara bla xaghar,

ghadu kemm tella

warda marida.

 

Ghadda z-zokk tal-fjura

minn fuq gbinu

u mbaghad nizzlu maghfus,

maz-zewg nahat tawiccu:

       ried jinkwadrah fid-demm.

 

Mit-tliet farretti rqaq u jnixxu

instama’ l-biki mbieghed taghha.

 

       Dakinhar xtaq jibki wkoll.

       U ma setax.