TRAGETTORJU

 

Lilhinn miz-zona tat-tamiet medjokri

kien beda l-fuga mgerfxa lejn ix-xefaq

imxennaq bhal dejjem ghall-virga tad-dawl.

Ghall-vjagg lejn l-istaguni tat-telliefa

fil-lejl tar-raghad imgieghed

indossa l-uniformi illi ddobba

mis-suq tar-rimizolji.

U meta strah

hemm – fl-ghar ta’ l-eziljati bla registru

ma kienx jaf

           jiktibx indizju

           jew elegija.