TLIET SITWAZZJONIJIET

 

 

1.

 

M’ghadux relevanti z-zmien.

Qis biss

jekk baqaghlekx energija

biex tiftakar l-istorja

u tirrakkonta bcejjec minnha.

 

Imqar bcejjec biss.

 

Jismaghhom min jismaghhom.

 

 

2.

 

Dawn impronti li jingharfu.

Donnhom il-marki tal-passi tieghi.

Jew tieghek.

 

Marki cari dawn

li  z-zmien ghadu ma girifx u hassar.

 

Passi li jehduni ‘l hinn minnek.

U mbaghad minni nnifsi.

 

 

3.

 

Monotonija shiha fis-shab jimla.

Comb bhal qalbi s-sema.

 

Naf:

dalwaqt jibdew iqattru  t-tifkiriet

bid-dati kollha rispettivi.

 

U l-umbrella mimlija toqob.       

 

 

Mario Azzopardi