URBANIA 2008
1.
Fil-belt minuskola ta’ Taaml fethu tappiera bil-lejl u diga’, mas-sebh,
bdew jaqghu fiha n-nies. Waqghet mara u
mbaghad ragel ftit maghtub u mbaghad mara ohra u ragel u hamsa u tmienja,
tlettax u wiehu u ghoxrin sas-siegha ta’waranofsinhar.
Fl-ewwel bulletin
tal-ahbarjiet inghad li dawk kollha li waqghu fil-hofra spiccaw f’pozizzjoni
stramba u strangulata, ghax il-hofra zghira wisq.
Ghalhekk il-mezzi
tal-komunikazzjoni appellaw b’urgenza biex tkun rispettata d-dinjita’
tac-cittadini ta’ Taaml billi l-Awtoritaritajiet iwessghu it-toqba.
2. Fuq it-televizjoni l-kelliem politiku kien
qed jghid li fil-partit tieghu studjaw it-tema tal-impossibbli. Waslu ghall-konkluzjoni, wara hafna
studju, li jekk l-impossibbli jsir
realta’, allura l-impossibbli jsir haga ta’ dejjem. Din se
tkun il-filosofija tal-partit b’libsa gdida, wieghed il-politiku
Dawk li ma jifhmux din
il-matematika hafifa, xorta jistghu imorru l-kazin jilaghbu l-karti, jew jieklu
l-hobz bit-tewm u t-tadam jew jibaghtu lil tal-partit l-iehor jihduh
f’sormhom. Fil-partit aggornat se jkun hemm post ghal kulhadd, temm jghid
il-kelliem.
3. Skond l-ahhar sondagg kulturali fil-belt
minuskola ta’ Taaml, ic-cittadini huma l-aktar nies ferhana fid-dinja. La
ghandhom divorzju, la jemmnu fl-abort u lanqas ma jridu l-ewtanasija. Jippreferu l-anestesija quddiem il-programmi
li jurihom it-televizjoni statali.
L-unici problemi li jdejquhom xi
ftit huma (i) li ma jsibux fniek imsemmna bil-lest ghall-qatla; (ii) li hemm
min irid inaqqas il-hsejjes tal-murtali;
(iii) li s-Suwed qed
jiehdu post il-haddiema li jahdmu fuq it-trakkijiet taz-zibel (iv) li
m’humiex jizdiedu l-lotteriji u (v) li m’hemmx hwienet tas-sess u qhab
bizzejjed mir-Rumanija jew l-Ukrajina.
4. Fil-Qorti kien hemm kaz sensazzjonali
kontra gurnalist li ried iqajjem il-kwistjoni ta’ zewg delitti politici li kienu twettqu ghoxrin sena qabel. Il-gurnalist inghata permess idahhal mieghu
zewg bagalji zghar bid-dokumenti tad-difiza.
Izda meta ghaddewlu l-bagalji mill-magna tal-X-Rays f’wahda minnhom
sabulu pistola u fl-ohra bott pilloli tal-irqad. Hareg verdett imghaggel ta’ suwicidju intenzjonat biex johloq sitwazzjoni sovversiva
fil-pajjiz, li issa kien ghaddej
5. Roshelle P. kienet qed titkellem ma’ Gertrude
K. fil-Mermaid Cafe’:
- Iddecidejt li
nitilqu.
- Imma hekk, f’daqqa?
- Qed jghidli li
l-gilda tieghi lixxa wisq, m’ghandhiex pil.
- Bilkemm titwemmen.
- Urieni DVD b’nisa
Bizantini, kollhom suf.
- Disgusting.
- Imbaghad qalli li
m’inix bajda bizzejjed.
- Inkredibbli.
- Qalli li n-nisa
tal-Orjent joghrku l-gibs ma’ zaqqhom biex il-gilda tibjad.
- Din mnejn ivvintaha?
- Qraha f’xi ktieb,
nahseb. Baghtulu xi kotba mill-East Village ta’
- Allura x’se taghmel?
- Il-lejla kif nohrog
mix-xawer u jigi jipprova jteftef, nghidlu li ili nissaporti l-anatomija komika
tieghu sentejn u nofs, nidhaq wahda tajba f’wiccu u mmur norqod ghand Martin.
- U l-kelb, miskin?
- Diga’ hadtu biex jorqod. Lilu ghidtlu li kellu silent cancer.
Dak il-hin Rochelle P.
kellha telefonata fuq ic-cellulari.
6. Ikun dejjem
bilqieghda fuq in-naha ta’ barra
tal-istess bar. Wara l-hgiega l-kbira,
taghti ghat-triq traffikuza. Dejjem b’capuccino quddiema u tazza ilma. F’nofs
l-ezistenza ‘mmobbli tieghu (sturduta bir-riha tqila tal-benzina mit-triq)
donnu qed jahbi l-kuxjenza jew jinheba minnha.
Skorra s-sittin sena. Jghidu li
kien poeta provokatorju, jghix bil-heffa, jahraq ix-xhur u s-snin b’velocita’
kbira. Jghidu li
Dejjem fl-istess bar,
fuq l-istess mejda, wahdu, bl-istess kikkra kafe’ u t-tazza bl-ilma. Quddiemu
dejjem ikollu ktieb zghir irqiq ghan-noti.
Ibiddel in-nuccali, ihares ‘il barra, donnu tilef it-tracci
taz-zmien. Imkebbeb fil-misteri,
l-alluzzjonijiet u s-sigrieti. Imma
m’ghadu jikteb xejn. Il-folja zghira ta’
quddiemu dejjem vojta.
7. Waqt cocktail party ghand l-attrici Guusje van Verenbroek, il-professur Heinz Wilfred Hart kien qed
jitkellem dwar meta fi Vjenna, kienu
sejhulu biex jiddetermina l-eta’ ta’ katavru ta’ mara li zewgha kien ibbalzmaha
u esponieha f’kaxxa tal-hgieg
fis-salott, minflok il-mejda tal-kafe’. Hart wasal biex jippubblika l-aktar ktieb
recenti tieghu, The Great Genome Grab, trattat etiku-ekonomiku dwar in-negozju
tal-organi umani. Fit-tarf tal-kamra kien
beda r-rit tal-passagg ma’ Guusje:
- Mic-Cina jaslu
ghas-suq hafna body parts ta’
prigunieri mnehhija. Kilwa
3000 dollaru. Il-fwied 5000. Jew tista’ tiehu kadavru shih. Jiswa ftit aktar, naturalment. F’pajjizi post-komunisti, hemm negozju shih
ta’ nisa adultexxenti jbieghu il-bajd taghhom lill-industrija tal-IVF, biex
ihallsu ghall-universita’.
- Well, it’s their body.
- Mara glamoruza bhalek zgur li tipproduci bajd li jiswa
d-deheb, jekk mhux ukoll id-djamanti. Ma niddejjaq xejn nahdem fuqek jien, jekk
thallini…
- Don’t get blown away. Mhux
ahjar iggibli vodka?