Alicia titkellem mill-Imwiet ta' Mario Azzopardi
------------------------------------------------------------------------
Stedina biex il- generazzjoni li tielgha taghraf u tikseb lilha nifisha
Il-poeta u novellier Palestinjan Walib Nabhan wasal Malta sbatax-il sena ilu. Tghallem jitkellem u jikteb bil-Malti perettament u jsegwi l-letteratura lokali b'intensita' u konsistenza. ta' spiss. Ghadu kemm lesta setta gdid ta' stejjer li jirrakuntaw l-esperjenzi tieghu fil-kuntest Malti. Hu sar jaf lil Mario Azzopardi ftit aktar minn sentejn ilu waqt lejla ta' teatru u poezija dwar l-oppressjoni fil-Palestina, li kienet saret fl-Universita'. Hawnhekk Nabhan, li ghandu dottorat fil-biokimika, janalizza l-ktieb Alicia titkellem mill-Imwiet ta' Azzopardi, ippubblikat fi tmiem l-2007 minn Merlin Library.
A licia titkellem mill-Imwiet ? hija g abra ta' stejjer li hareg m'ilux il-poeta u kittieb mag h ruf Mario Azzopardi . L-istejjer jirrakuntaw il-konfuzjoni difficli taz-zghozija, iffaccjata mill-imwie g tal- h ajja fejn ti zd ied il-pressjoni kemm psiko-biologika gejja minn gewwa, u kemm esterna gejja mill-familja u s-socjeta' kultant maqsuma u ma tafx xi trid.
Dawn il-stejjer huma vjaggg ewwa l-mohh adolexxenti waqt it-tfittxija tieghu ghaldinja ‘possibbli', biex jissieheb maghha wara li jiskopri li d-dinja ideali hija ‘impossibbli' u ma tixbah xejn lil dik ta' Sinderella.
Kull storja fil-ktieb tittratta problema li tolqot mill-qrib lill-ambjent Malti u tipprova ssibilha s-soluzzjoni b'xi mod spontanju. Dan juri t-twemmin tal-kittieb fil-kelma u fil-messa gg qawwi tag h ha, u g h alhekk narawh dejjem b'idejh fuq il-polz tas-socjeta' tieghu.
Il-karattri ta' Azzopardi (li jg hidilna li huma fittizji), jixxiebhu hafna ma' dawk fir-realta'. Jghixu t-tormenti taghhom b' modi differenti. Fl-istorja ta' Alicia, li taghti isem lil din il-gabra mhux tas-soltu, naraw battalja bejn mohh koxjenti u qalb imfarrka li ma tafx xi trid, hlief wara li jkun sar tard wisq. Fuq in-naha l-ohra, fl-istorja ta' l-Afrikana li tasal bhala klanedestina f'Malta u fl-istorja l-ohra dwar id-Djarju ta' Ruth, niltaqghuma' zewg tfajliet simpati cili jsibu refugju fl-imhabba. U bl-imhabba biss jirnexxilhom jirtokkjaw d-difetti u l-izbilanci tal-hajja eccitata taghhom.
Stejjer ohrajn, bhal Il-Gwieneh taz-Ziju Antoine, Fil-Palaz tal-Gran Sinjur, Kif Sefora tilfet iz-Zokra u Meta dahal ix-Xenxul , jiehdu lill-qarrejlejn id-dinjiet partikolari taghhom, dinjiet kultant strambi u simbolici, mibnijin apposta mill-awtur minn frak ckejken tal-memorja, memorja li tissorpendina kemm taf tirrekordja affarijiet li nahsbu li m'hijiex qed tarahom.
Naraw li t-tmien novelli tal-ktieb huma kollha rrakkontati fl-ewwel persuna u jipprezentaw narettur li jidhol gewwa l-azzjoni. Stilistikament, din hi tezi difficli hafna fejn il-kittieb irid izomm il-bilanc delikat bejn ir-rakkont u “l-priedka” socjali minghajr ma jghajjat f'wicc il-qarrej tieghu . F'dan it-test tekniku importanti naraw kif Azzopardi rnexxielu jimpjega l-intellet narattiv qawwi tieghu biex iwassal messagg socjali minghajr ma jgerrex lil hadd u minghajr ma jissagrifika l-aspetti artistici.
Il-karatteristika narrattiva ta' l-awtur tirrefletti kemm hu konxju li n-novella qasira (ezattament bhall-poezija), trid densita' u ekonomija lingwistika, d-dettal importanti li forsi jispjega ghaliex il-poeta jinsab jimra h daqstant bla ra zan, tista' tghid f'kull f' kull pa gna tal-ktieb.
Dawn l-stejjer kwazi m'hemm xejn komuni bejniethom hlief forsi, id-dizilluzjoni sincira li qed tinkwita lil Mario Azzopardi . Inqis li dan il-ktieb, prodott pjuttost gholi, hu stedina lill-generazzjoni li tielgha u aktarx lill-genituri ta' dik l-istess l-generazzjoni, biex taghraf u kif tikseb lilha nnifisha.
Walid Nabhan