Dan l-artiklu ta’ Patricia Gatt janalizza l-ahhar ktieb ta’ stejjer ghall-adolexxenti li Mario Azzopardi hareg mal-Merlin Library f’Novembru 2009. 

 

IL-LETTERATURA BHALA MOLLA LI SSABBTEK MAR-REALTA’
-----------------------------------------------------------------------------------


PATRICIA GATT tanalizza d-diversi  livelli li hemm fil-gabra ta’ rakkonti L-Ahhar Granet ta’ Ciorni li Mario Azzopardi kiteb ghal pubbliku adolexxenti, imma li qed tintlaqa’ b’hafna interess   anki mill-qarrejja adulti.


Qed nikteb din ir-ricensjoni fil-jiem li fihom il-media qed taghti titwila lura lejn l-ewwel decenju tas-snin elfejn. Matt Frei, il-korrispondent politiku tal-BBC ghal Washington, jinsisti li “Intom”  (ic-cittadini komuni) qeghdin fl-avangwardja tal-iktar avvenimenti notevoli ta’ dawn l-ahhar ghaxar snin. Bhala ezempju gab soundbite ta’ Barack Obama fil-kampanja presidenzjali jghid: “Din l-elezzjoni m’hix dwari, imma dwarkom.”  Skond Frei il-fenomenu hu dovut ghall-internet: mill-Google, il-Wikipedia, Twitter, Facebook u l-Youtube sal-iPhone u l-iPod. Paradossalment, il-korrispondent tal-BBC jghid ukoll li c-cittadini komuni hassew li ma kellhomx kontroll fuq il-grajjiet li hallew marki fondi fuq hajjithom: il-gwerra tal-Iraq, il-kollass tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji globali tal-ikel. Inholoq kunflitt, qadim daqs il-bnedmin infushom, bejn l-individwi u l-aspettattivi taghhom.


Hu f’dan l-isfond li qrajt l-iktar pubblikazzjoni ricenti ta’ Mario Azzopardi, immirata lejn is-suq tal-adoloxxenti maturi jew adulti zghazagh, imma li jidher li qed tmiss tmolla sensittiva anki fl-adulti. L-individwi li Azzopardi jipprezenta lill qarrejja fil-gabra ta’ novelli L-ahhar Granet ta’ Ciorni u Rakkonti Ohra (Merlin pp. 118) huma grupp ta’ zghazagh li jinsabu f’kunflitt: l-intelligenza naturali taghhom tikklaxxja mal-aspettattivi familjari, edukattivi u dawk tas-socjeta’. Id-distakk jitfisser b’modi diversi: miz-zaghzugh li jsir jaf li missieru hu bisesswali, bl-omm twerzaq b’mod isteriku, sa Bryan, li jghaddi minn trawma meta ommu, f’attakk ta’ instabbilita’ mentali tferi lil zewgha ghall-mewt, u z-zaghzugh jispicca jikkollassa taht il-pressjoni psikologika.


Hemm ukoll Selina, ic-Cenerentola ghas-seklu 21, li ma “tghixx kuntenta ghal dejjem”, izda mibdula wara l-ballu-disko itterraq lura d-dar, wahidha, konfuza u dizappuntata. Tista’ targumenta li Selina, it-tfajla li r-Ragel Misterjuz tal-Magija irnexxielu jlehhen xewqat li lanqas hi ma kienet totalment konxja taghhom, issa m’ghadhiex testerjorizza l-energija maskli. Hemm l-idea tat-tradiment, tar-ragel li feriha, forsi anki fl-erotizmu taghha. Imma Azzopardi jhalli lill-qarrejja jaslu ghall-konkluzjoniet taghhom. Selina “marret lura lejn id-dar…lura lejn hajjtiha” tista tigi interpretata li t-tfajla kienet ghadha mhijiex lesta biex twelled lilha nnifisha, li tassumi kontroll fuq hsibijietha u l-agir taghha. Forsi r-rakkont ghandu x’jaqsam ukoll mal-possibilitajiet kreattivi femminili li ghadhom mirdumin.


ALTERNATTIVA GHAS-SESS TAL-MEDIA


Il-kunflitt jista’ jkun rizultat tad-distakk imfisser fuq ghadd ta’ livelli: dak bejn il-psike zaghzugh li jghix b’mod intensiv u l-izvilupp fizjoligiku li, f’Rebecca ssir Mara u Nathaniel isir Ragel ghandu diwi arketipali relatat mar-rigenerazzjoni. Hawn bla ma trid tistaqsi sa fejn Azzopardi jirnexxielu jilbes il-vuci ta’ tfajla ta’ tlettax–il sena bi stil li ma jittradihx.   Fi kliem iehor, safejn il-qarrejja jirnexxielhom jemmnu li l-vuci hi wahda awtentika u mhux dik ta’  awtur/adult jipprova jikteb bhal xi hadd ta’ tlettax il-sena?  


Imma forsi din il-linja ta’ hsieb lanqas mhi valida, l-iktar ghaliex hemm polifonija ta’ ilhna fiz-zewg stejjer. Hemm il-lehen qadim, arketipali tal-kultura umana, dak xjentifiku li jispjega l-fatti biologici skjetti, hemm il-vuci govanili u l-bqija. Miktubin b’sensittiva u liricita’, dawn iz-zewg mini-novelli jesploraw l-ansjeta’ ta’ kull tfajla u guvni quddiem is-sesswalita’, barra li joffru wkoll alternattiva ghas-sesswalita’ atomizzata li qed tippromwovi l-media.


Qed nikteb dan l-apprezzament dakinnhar ukoll li s-Sunday Times lokali gabet storja fl-ewwel pagna ta’ allegat attakk ta’ vjolenza sesswali minn zewg studenti bniet ta’ tlettax il-sena fuq studenta shabhom fi skola sekondarja f’Ghawdex. Ahna wkoll qed nghixu distopija li tfakkrek f’xi Lord of the Flies. Din l-ahbar fil-gazzetti taghna tmieri l-argument ta’ dawk li jsostnu li l-letteratura kontemporanja ghaz-zghazagh qed tittratta temi iebsin li iktar imdorrijin jaqraw dwarhom l-adulti. Nafu li l-istituzzjonijiet edukattivi huma fi stat ta’ krizi minhabba li hemm firda  bejn l-esperjenza govanili ‘l barra mill-bibien tal-iskola u l-kurrikulu edukattiv, ghalkemm, fil-verita’, dan jigi aggornat minn zmien ghal iehor.


Ta’ min jghid, izda, li l-pjacir tal-kitba mmirata lejn l-adoloxxenti tinsab propju fil-fatt li dawn it-testi rarament isibu posthom fil-kurrikulu ghax fihom element ta’ sovverzjoni li min-natura taghha tigbed lill-ispirtu zaghzugh.


Maghrufa bhala “rumanzi jew novelli dwar il-problemi”, dan il-generu ta’ kitba issa bil-mod il-mod qed isib postu wkoll fi trattament maghruf bhala “biblijoterapija”, metodu psikologiku li jinqeda bir-relazzjoni individwali tal-qarrej ma’ test miktub bhala ghodda terapewtika. It-terapisti jsostnu li bosta zghazagh mhumiex se jghidu x’hemm hazin b’mod dirett peress li mhumiex certi minn dak li jhossu u ma jafux min huma tassew. Imma jekk jirnexxielhom jirrelataw ma’ karattru u jaraw perspettivi differenti ta’ kif tikkonfronta sitwazzjoni, ma jhossuhomx daqshekk wahidhom. Mill-perspettiva letterarja, imbaghad, hemm il-kumment li Philip Pullman ta lir-rivista The New Yorker xi snin ilu. L-awtur tal-kitba tal-fantasija ghat-tfal li kien fil-mira tal-kritika tal-fundamentalisti Kristjani kien ikkwotat hekk: “Jezistu temi, xi suggetti, li huma kbar wisq  ghall-kitba kreattiva ghall-adulti; dawn jistghu jigu mistharrga b’mod sodisfacenti biss fi ktieb ghat-tfal.”

L-ELETTRONIKA U L-MEZZI TAL-POTER


Ghall-kuntrarju tal-ewwel gabra ta’ novelli ta’ Azzopardi bit-titlu Alicia Titkellem mill-Imwiet, dan il-volum mhux biss jinkludi l-modi l-godda ta’ komunikazzjoni bhat-texting, imma jistharreg ukoll il-mekkanizmi ta’ poter li d-dinja elettronika gabet maghha. Bosta drabi Azzopardi jinqeda bl-ironija f’Micro-Systems City biex jenfasizza l-fidi indubitabbli tal-politici fit-teknologija l-gdida. Jekk tistenna li t-teknologija toffri twegiba ghall-krizi umana, qisu qed jintima l-awtur, qed tirriskja d-deluzjoni.


Il-kuntrast bejn id-dinja digitali awtomatizzata u dik fantastika jilhaq il-qofol tieghu fi tmiem ir-rakkont, meta l-grieden, simbolu tal-aspett naturali dejjiemi, “igerrmu” s-sisien tal-Belt tal-Futur. Dan ir-rakkont ukoll fih bosta livelli: min networks tal-poter bejn min ihaddem u min jahdem esplorati fid-dawl tar-rivoluzzjoni elettronika, sat-telfien tal-ghazla individwali fuq is-sesswalita’, ir-relazzjoni bejn il-bnedmin u l-intelligenza artificjali sal-uzu ta’ elementi inter-testwali meta l-awtur jinkludi intervista bl-Ingliz fil-binja narrattiva. In-novella tintemm b’intervent dirett mill-awtur li jgharrafna li l-kitba se tintemm hesrem.  Azzopardi joholq xoghol miftuh fejn il-qarrejja jridu jipprovdu l-konnessjonijiet taghhom jew jaslu ghal tifsira alternattiva.


Fil-fatt, karatteristika ewlenija ta’ L-ahhar Granet ta’ Ciorni  hi s-silenzju li jikkomunika iktar mill-kliem. Hemm il-qattus fin-novella titulari li bil-hemda misterjuza tieghu jirrakkonta s-seher taz-zminijiet. Forsi din in-novella hi l-iktar wahda vaga fejn tidhol l-identita’ tal-protagonist. Imma din mhix daqstant importanti. Li nafu fic-cert hu li niltaqghu ma’ karattru iehor sensittiv li iktar isibha facli jikkomunika mal-annimali milli mal-adulti. F’idejn Azzopardi dan il-mekkanizmu komuni fil-letteratura govanili jinbidel u tidhol l-ansjeta’ u l-incertezza. II-protagonist irid jinsa. X’irid jinsa nibqghu ma nafux. Hix xi esperjenza trawmatika. Jew sens generali ta’ ennui.


Imbaghad hemm tip ta’ hemda ohra. Dik suwicidali. Fil-letteratura, is-suwicidju hafna drabi hu pprezentat bhala att ta’ ribelljoni u kien marbut hafna ma’ karattri femminili li jirribellaw kontra l-passivita’ tal-qaghda taghhom. Ghalkemm irgiel, kemm Brian, kif ukoll Jean-Mahmoud Kagame, il-klandestin li jinstab imghallaq fid-depot tal-Pulizija, jidhlu f’dan il-mudell ghax tnehhielhom il-jedd li jiddeterminaw hajjithom minghajr ma’ s-socjeta’ tghaddi gudizzju fuqhom. L-esprejenza tal-marda mentali t’ommu, li s-socjeta’ iktar taggrava, taghmel lil Brian  differenti mill-bqija, u tikkundannah ghall-passivita’, waqt li Kagame hu oppress fuq numru ta livelli – hu iswed u klandestin li apparentament sab tifsira kemm fil-Kristjanezmu kif ukoll fl-Islam.


IS-SATIRA U L-IRONIJA


Fl-ahharnett hemm is-silenzju mimli satira u ironija kif jixhed ir-rakkont Sfera Reali. L-esperiment kirurgiku-plastiku fuq it-televixin jintemm f’kaos ta’ siltiet muzikali mgerrfxin. Hawn l-awtur qed jindizzja fenomenu iehor ta’ dan id-decenju, dak tar-reality TV.


Forsi dan is-sottogeneru televiziv, li jinkludi tipi differenti ta’ programmi, joffri wahda mill-ahjar metafori li kkaratterizzaw il-perjodu mis-sena 2000 ‘l hawn. Hi l-illuzjoni li c-cittadini  komuni jistghu  jgibu bidla billi jivvutaw virtwalment.  Ir-riperkussjonijiet politici ta’ din it-tendenza ghad iridu jkunu kwantifikati.


Intant, illum jezistu korsijiet universitarji li jezaminaw il-generu tal-young adult fiction. Michael Cart, professur u awtur tal-ktieb From Romance to Realism: 50 Years of Growth and Change in Young Adult Literature kien ikkwotat minn Salon.com li nnota li kull ktieb li pprova jwessa’ l-limiti tat-temi li l-kitba ghall-adoloxxenti maturi tista’ tittratta,  intlaqa’ b’rezistenza.


Fl-imghoddi l-kitbiet ta’ Azzopardi, ftit jew wisq, dejjem qalghu polemika u dawn l-istejjer jista’ jkun li jsibu certu ammont ta’ rezistenza bhalma gara sentejn ilu bil-kollezzjoni Alicia Titkellem mill-Imwiet. Li hu zgur hu li f’dawn ir-rakkonti hawn tentattiv biex il-letteratura govanili lokali toqrob lejn veritajet li ma jistghux jibghu jigu innegati jew injorati.