SKIZZI
TAL-KARNIVAL
Recensjoni ta’ Patricia Gatt B.A. (Hons.)
F’din l-antologija energika,
Azzopardi johloq sensiela ta’ persunaggi grotteski u eccenrtrici, inkluz
il-Joker, li jitbieghed mis-sovverzjoni tradizzjonali u jiehu forma ta’ xi hadd
ikkultivat,ciniku u li jaf jikkalkula.
Fil-letteratura, iId-dibattitu
dwar jekk il-poesagg jew il-poesej ghandux jitqies
bhala forma ohra ta’poezija jew generu differenti tal-proza llum m’ghadux
jaghmel wisq sens, l-iktar f’din l-era ta’ hybridity.
Intant, il-kontroversja ghandha x’taqsam ma’ dawk il-kritici
li jsostnu li l-poesagg ghandu jiddahhal mal-poezija minhabba l-uzu
tal-lingwagg metaforiku u l-kamp li jemmen li l-poesej ghandu jkun klassifikat
bhala tip ta’ proza minhabba l-element ta’ narrazzjoni, li hu karatterisitka
ewlenija tieghu.
B’dan il-volum, ikkaratterizzat
Madankollu c-carezza
timplika wkoll tensjoni fil-paradoss ta’ kitba energetika li tipprezenta xbiha
wara l-ohra bhallikieku immexxija mill-ansjeta’ li jekk tieqaf, tiggarraf. Specifikament hemm
waqtiet meta t-tensjoni tiehu xehta duwalistika: bejn
l-istrutturi socjali u l-iktar kompulsjonijiet profondi fil-bnedmin. L-arti jirnexxielha tohloq sintesi bejn dawn iz-zewg pozizzjonijiet
li xi drabi huma fi stat ta’ kunflitt bejniethom. Bhala ezempju,
fil-poesagg L-Ittra dwar Santer
del Fiore il-lista satirika-grotteska ta’
perverzjonijiet sesswali hi mekkanizmu li bih Marius, il-persuna li l-ittra
tindirizza, jikseb taghrif biex ikun jista jfassal critique dwar l-istat kreattiv, fejn is-sesswalita’, il-genn u
l-kompulsjoni kreattiva-divina huma lkoll komponenti ta’ process wiehed.
Ezempju iehor ta’ tensjoni fil-kitba ta’
Azzopadi tinsab fil-kuntrast bejn id-diskors ufficcjali fil-diversi forom tieghu,
bhar-registru akkademiku jew dak legali u l-lingwa
intima u siggestiva tal-poezija. Rapport
mill-Isptar tal-Qaddisin Martri, hi ezempju mill-iktar skjett ta’ lingwagg
ufficcjali imzewwaq bis-satira li
tikxef ic-cinizmu ta’ mexxejja ta’ kull tip li quddiem l-ispettaklu mdemmi ta’
nies jittajjru fil-kmamar tan-nar jibqghu indifferenti.
Jezistu waqtiet meta
il-poezija hi michuda. Bhala ezempju, ta’ min isemmi l-poesej L-Ittra lil Kaldon dwar Sehibna Karl S. fejn
Jidher Ahjar l-Istagun fl-Infern.
Din id-darba Marius hu l-awtur ta’ epistola li quddiem it-tbatija mentali ta’
bniedem li ghadda minn trawma ezistenzjali jiddikkjara li m’hemmx konsolazzjoni
fil-pretensjoni traxxendentali tal-lingwagg poetiku. Din hi poezija li tmiss
il-vixxri: “poezija tax-xfafar…hi l-poezija li tomxot u tbassal rasna
mill-epitetti artificjali.”
Madankollu, lanqas din il-poezija
alternattiva ma’ toffri sinjal ta’ tama: il-poesagg jaghlaq bil-falliment
tal-poezija, u b’estensjoni l-arti, quddiem it-tragedja assurda ta’ bniedem li
f’attakk ta’ tip ta’ skizofrenija jew psikozi joqtol lil martu u li se jispicca
mkejjel bil-parametri legali wara li probabbilment kien l-istat innifsu li ma
pprovdiex kura sofistikata biex, sa fejn hu possibbli, il-marda tieghu tkun
ikkontrollata. Ir-rabta bejn il-genn u l-espressjoni artistika hawnhekk ma
tinftiehemx fis-sens Klassiku jew dak Romantiku; iktar hemm rabta mal-hsieb ta’
Foucault fejn il-genn ikkundanna lil min ibati minnu fil-periferija
tas-socjeta’. Il-genn jispicca kriminalizzat, tema li Azzopardi jirritorna
lejha meta jipprezenta d-diversi perspettivi dwar Kristu fl-Istorja ta’ Jahwe – Poeta tat-Triq meta
l-Joker, jghid li min hu fil-poter jara
genn kriminali fi Kristu.
Ta’ min izid li ghall-kuntrarju
tat-tradizzjoni, il-Joker ta’ Azzopardi
m’ghandux il-komicita’ sovversiva li fl-arti normalment thezzez il-pilari
istituzzjonali, imma pjuttost hu l-bniedem ciniku li jikkalkula, kulturat, u li
kapaci janalizza lil Kristu anki bl-ghodod tal-kritika kulturali. Ir-rabta bejn
il-kultura u l-akbar hruxijiet umani li sehhew fl-istorja tac-civilta’ hi
dokumentata sew.
Il-Joker ta’ Azzpopardi ma joffrix l-illuzjoni tar-redenzjoni bl-arti.
Jekk hemm tama ta’ redenzjoni dan jinsab fl-umanita’ ta’ Jahwe li jibqa’ sieket
tul il-process, f’poesej li jghaqqad flimkien elementi mid-dramaturgija Griega
u dik tad-drammi tal-moralita’ tal-Medju Evu imfissra b’lingwagg kontemporanju.
Il-poesaggi ta’ Azzopardi huma
mizghuda b’karattri mdellija, b’identita’ fluwida hafna li ta’ sikwit jagixxu
b’mod stilizzat u ritwalisitku. Niltaqghu ma’ Mirjana li tinizzja ritwal ta’
luttu surreali f’gieh missierha mejjet. Hemm intimazzjoni li s-servizz funebri
ghandu x’jaqsam mar-relazzjoni kumplessa ta’ Mirjana mal-ispirtu maskli kemm
fl-espressjoni kreattiva taghha bhala pittrici kif ukoll fir-relazzjoni taghha
ma’ missierha u l-eks-zewgha. Il-proceduri medici wkoll jiksbu sinifikat
ritwalistiku: Sala Numru M-K 13 tipprezenta katalogu ta’ pazjenti nisa anonimi
li z-zmien qatlilhom il-faxxinu erotiku li darba kellhom u li issa qed jaraw
lil gisimhom jinqered.
L-awtrici u attivista politika
Sud-Afrikana Nadine Gordimer ikkwotata mill-kittieb Christopher Hitchens tghid
li wiehed ghandu jikteb bhallikieku miet diga, ghax b’hekk jehles minn dawk
l-inibizzjonijiet kollha li jingemghu fih, anki jekk ikun awtur mill-iktar
indipendenti. Hitchens jghid li l-awtur ihoss sens ta’ emancipazzjoni meta
jirnexxielu jahseb dwar il-mewt b’mod mill-iktar lucidu. Konxju minn dan jew
le, Skizzi tal-Karnival, hu mimli b’sens ta’ finalita’. Li jista’ jkun fiziku
jew le.
Hawn nixtieq nimposta Skizzi tal-Karnival fil-parametri
tal-ipotesi dwar l-istil ahhari ta’ artist zviluppata mill-kritiku Edward W.
Said. Influwenzat minn Adorno, Said jargumenta li l-istil tardiv m’ghandux
konnessjoni ma’ l-anzjanita’ tal-artisti. Imma ghandu x’jaqsam mal-fenomenu li l-artisti
ma jirnexxielhomx jaslu ghal sintesi serena fl-arti taghom: “Dak li nsib ta’
valur f’Adorno hi din l-idea ta’ tensjoni, li tenfasizza u tiddrammatizza dak
li ma jistax jigi rikonciljat.” F’dan il-kuntest Said jghid ukoll li l-artisti
li jirnexxilhom jizviluppaw stil tardiv ma jinnegawx il-mewt, pjuttost din hi
tema li paradossalment iddghajjef u testendi l-uzu li jaghmlu kemm tal-lingwa
kif ukoll tal-estetika.
It-tensjoni fil-kitba ta’ Mario Azzopardi
tissarraf fi drammaticita’ teatrali. Naturalment il-hidma teatrali ta’ Mario
Azzopardi halliet il-marki taghha wkoll f’volum li ghandu elementi
awtobijografici pronunzjati. Bosta poesaggi ghandhom tendenza koreografika,
bhallikieku l-awtur-direttur qieghed ifassal xena fi dramm. Barra minn dan,
minhabba li fil-bicca l-kbira tax-xoghlijiet, jew Marius (bhala varjant
tal-isem Mario) jew il-poeta hu indirizzat inkella hu l-kittieb attwali
tal-ittra, il-qarrejja jistghu jiehdu l-impressjoni li m’hemmx distanza
awtorili bejn Azzopardi u l-karattri tieghu. Ghall-kuntrarju, din it-teknika
tista’ sempliciment qieghda tipprezenta dawn l-alter egos ta’ Azzopardi biex tohloq distanza fittizja li thalli
spazju ghal-logika estetika.
Aspetti teatrali ohra
ghandhom x’jaqsmu mal-uzu tal-grottesk. Tul il-volum jixref ukoll sens qawwi ta’ muntagg. F’termini
ta’ stil, dan l-aspett hu evidenti fit-thadddim intertestwali ta’ siltiet minn
email f’siltiet minn djarju misjub b’mod accidentali (Mid-djarju ta’ Rumanzier Eklettiku) u l-introduzzjoni biblijografika ghal bcejjec minn xeni f’dramm u
r-riproduzzjoni ta’ interrogazzjoni gudizzjarja (L-istorja ta’ Jahwe – Profeta tat-Triq). Hemm ukoll
l-introduzzjoni ta’ test permezz ta’ ittra ta’ kjarifika u riferenza esplicita
ghall-muntagg televiziv f’silta li b’ton ta’ parodija tehodha kontra l-esplojtazzjoni ta’ nies dghajfa u mgarrba
mill-ilpup tal-media (Kerouac, Ix-Xitan fis-Seklu XIII u
l-Awditorju tal-Mizerikordja).
Fuq il-livell politiku, imbaghad,
niltaqghu ma’ Timora Jackson, l-omm mifnija mil-biza ghal binha li jista
jinqatel fil-gwerra, kif mietu l-ulied ta’ “Ommijiet Militari” ohra, u li trid tikteb lill-President Amerikan biex
tafferma s-sens ta’ tradiment li ggarrab bejn id-diskors propagandistiku
dominanti u l-oppressjoni mnissla minn sens ta’
telfa dghajfa, fragli u intima. L-unika arma ta’ Timora Jackson hi l-kitba.
Fil-ktieb tieghu Art in the Social Order (1995) Preben Mortensen janalizza l-arti u
l-prattika taghha f’kuntest storiku, socjali u kulturali u jirreferi ghaz-zmien
modern bhala wiehed li jiddistruggi u li m’ghandux spirtu. U ghalhekk hafna
nies tal-arti jifttxu alternattiva ghall-aspett utilitarju u jfittxuha fl-arti
nnifisha. L-espressjoni artistika ssir valur fiha nnifisha. Imma, jargumenta
Mortensen, l-artist ma jistax jghix maghluq f’dinjietu, maqtugh mir-realta’
tal-kumbattiment inerenti fil-hajja. Ir-refugju intellettwali ma jistax ikun
apprezzat jekk ifisser izolament mill-hajjiet u n-narattivi ta’ kuljum.
Azzopardi jidher li mhux biss baqa’
jhaddan dan il-hsieb konkret b’mod drammatiku, imma wkoll estendih sahansitra
b’mod karnivalesk. Li tohrog minn Skizzi tal-Karnival hi parata ta’
kundizzjonijiet umani li fid-dimensjoni imkabbra taghhom hemm frammenti minna
lkoll.
TMIEM