SKIZZI PROVOKANTI TA’ RIBELL SOFISTIKAT
Mario
Azzopardi, Skizzi tal-Karnival (Horiozon), 2010
L-ahhar antologija ta’ Mario Azzopardi, jghid Mario GRISCTI, tixhed
awtur li kapaci jeqred daqskemm kapaci johloq mill-gdid.
L-ahhar
pubblikazzjoni tal-poeta-prozatur u direttur teatrali, Mario Azzzopardi, hi
gabra ohra
Hemm l-eleganza tal-kitba miktuba, maghzula evidentement b’reqqa, li tahfnek u tolqotlok il-kordi l-aktar sensibbli. Tressqek lejn is-simpatija jew l-antipatija tas-sitwazzjoni rilevata. Ma’ din l-eleganza sofistikata hemm jikkuntrasta l-impuls ribell ta’ poeta li m’ghandu bzonn ta’ l-ebda introduzzjoni fejn tidhol is-sovverzjoni letterarja u fejn jidhol l-impatt,
L-iSkizzi huma stejjer progressivi jew futuristi, avangwardisti jew xokkanti, xjentifici jew politici, incens jew dagha, rakkonti jew stqarrijiet li jridu jeqirdu u jwelldu – jghixu u jmutu u jergghu. Interessanti perezempju Abbozz Ta’ Ittra Li Qatt Ma Ntbaghtet Lil Theodore Kaufman Kuzma, Korrispondent Tal-IMAGIST World Herald Dwar Materji Spazjali’. L-isem twil huwa wkoll introduzzjoni ghall-abbozz innifsu. L-abbozz huwa testimonjanza universali eroxjentifika, bi hjiel storiku li jghaaqad il-prezent mal-passat u l-futur. L-abbozz jirrapprezenta karba/daghwa kontra t-tniggiz ambjentali bit-tama tas-salvazzjoni.
Mill-banda l-ohra, Awtopsja f’10 Kapitli taghti hjiel awtobijografiku fejn tista’ tifhem li Azzopardi juri element ri-inkarnazzjonali f’hafna mumenti tragici, waqtiet li hu kapaci jikkumbatti b’rezistenza kwazi erojka.
Azzopardi ma
jiddarrasx
Il-mikrokozmu tal-gzejjer Maltin ghandu l-kobor tieghu imma l-iggantizmu tal-kartapesta jiffrustra lill-awtur-regista u jitturmentah sal-punt li jgieghlu jobghod lil min irriduca ‘l pajjiz f’din il-qaghda. Anzi, Azzopardi jikkumbattiha.
L-iSkizzi tal-Karnival huma joffru xenarju tal-banali politiku, tal-banali religjuz, tal-banali artistiku, kulturali u folkloristiku. Tal-pulcinellati festivi. Tal-klawning tradizzjonalista. Fid-daqqiet kritici tieghu, Azzopardi ma jurix hniena ma’ min ikkalzra gens u hallih skjav, jghix u jdur ma’ dellu, mal-burdati tieghu, mas-sentimenti foloz tieghu. L-awtur tal-poesaggi ma jibzax jiddwella kontra l-Istabbiliment ahrax, bla sentiment u minghajr mohh, li jrid jiddetta u li wara l-libsa demokratika teighu hemm spirtu dittatorjali.
Hemm tirannija mignuna wara t-turija tal-kalma santifika, realta’ bestjali mghottija b’evidenza travestita ta’ civilta’ u emancipazzjoni progressive: kattiverija awtokratika, mohbija wara psewdo-demokrazija. Il-poeta jikxef dan il-qerq kollu u jistieden il-qawmien bikri u dlonk. Fi Skizzi hemm impittra umanita’ karnivaleska li tibki, li tiggennen, li tonghos, li tinvoka u tidghi, li tiggieled id-dimenzja u tiftakar daqs dimonju.
Perezempju l-karattru eccentriku ta’ Johannes f’Awtoritratt ta’ Johannes Di Giovanni jwasslilna l-identikit tal-poeta/artist/mexxej u ribell li jghix
́l-alla tieghu. Distakkat
Azzopardi jrid isalva din l-umanita’ miskina minghajr ma jiddrammatizza
́zzejjed l-isfortuna tal-meskininita’. L-isfortunati ta’ Azzopardi huma dawk li
jistghu ikunu eventwalment is-salvaturi tal-kotra, dawk illi jissagrifikaw sa’ hajjithom stess ghas-salvazzjoni tal-bqija tal-umanita’
mjassra. Il-vokazzjoni
popolari tal-poesaggista hija dik li jilliberalizza lill-iskjavi
Forsi hija l-idea, il-holma ta’ kull salvatur-liberatur li jhobb lill-emarginat daqskemm jobghod l-emarginazzjoni. Irid il-menswalita’ mill-gdid ta’ l-eskluzi. Ghalhekk ma jaqta’ xejn fil-hidma sfiqa tieghu kontra l-vittimizzazzjoni. Skizzi tal-Karnival huwa kritika implusiva, (imma gustifikabbli) kontra x-xjimpurtanizmu prezenti li donnu qabad triq anti-socjali u ghalaq qalbu ghall-karba mugugha tal-minsijin.
Minghajr “jahasri” nevrestenici, il-missjoni trid twassal
ghall-akkwist. Skizzi tal-Karnival huwa testimonjanza qawwija ta’ min hu (a)
kontra l-kacca ghas-shahar f’socjeta’ li suppost ghamlet avvanzi notevoli
fit-teknologija xjentifika u aktar
F’Azzopardi dejjem hemm rivalita’ qalila kontra l-istatus quo li jipparalizza, kontra awtorita’ cassa quddiem delitti li saru appuntament ritmiku fil-kalendarju tal-pajjiz sfortunat li tilef ghaqlu, u m’ghandux boxxla ta’ direzzjoni. Il-kitba ta’ Azzopardi hi barriera soda li tipprova tbieghed mis-siti umani d-dommatizmu, il-konservattizmu, l-iskjavitu, l-impozizzjoni, l-arroganza tal-poter, l-anti-demokratizazzjoni u l-moffa mentali.
Azzopardi hu l-awtur kontra kull xorta ta’ ripressjoni. Skizzi tal-Karnival ghalhekk ikompli mal-letteratura li thalli mpatt ghax tqanqal fil-qarrejja evalwattivi, l-andrenalina kontra l-korruzzjoni antropologika u tnissel sens ta’ rabja ghal kull min u kull m’hu komplici ma’ din l-anti-virtu’.
Mario Azzopardi jinqeda’ bil-genn fl-istil ta’ hajja (ghajxien) ta’ dawk l-individwi “m’ahniex” li huma artisti reali, il-veri kittieba, hassieba, muzicisti, pitturi u l-bqija, biex jindividwalizza l-istat korrott tas-socjeta’. Is-soluzzjoni ta’ dawn l-erwieh tista’ titwassal b’hidma kostanti u koerenti intelletwali; bi pjan strategiku intelligenti-effettiv imma mhux bilfors intelletwali jew bis-suwicidju metaforiku/attwali.
Tifkiriet l-imghoddi ghandhom mnejn jghinu, daqskemm ifixklu. L-istrategija Fellinista tal-awtur trid tinfed, ittaqqab, tqanqal il-kuxjenza (kollettiva u individwali), ta’ socjeta’ maqfula fil-habs tal-banalita’. B’certu u f’certu mod, Skizzi tal-Karnival, huwa wkoll pubblikazzjoni b’tema (tika) religjuza, imma b’differenza, u cioe’, m’hix definita religjon operata b’mod tradizzjonali. Hi spiritwalita’ ta’ generu partikolari.
Azzopardi
jirritwalizza f’burdata ta’ trasformazzjoni
U din il-purifikazzjoni hija “ossessiva” fl-awtur. Azzopardi tal-letteratura gholja ma jilghabx bil-kliem. Diskorsu huwa t-twissija tal-profeta, anki jekk imzeblah jew injorat. Hawn tinstama t-twiddiba tas-sajjetta. L-awtur m’hu jindirizza xejn b’rispett kosmetiku facli. It-tajjâr tieghu hu ffurmat minn sponoz imsahhna, li jaqilghu il-lega tal-hmieg. Fil-Gzira ta’ Priapu, bhal f’xoghlijiet ohra, hemm id-distorzjoni ta’ gzira ipokrita u ́desensitizzata, li thaddan gens kontradittorju aljenat, li jitlob u jidghi, jissaffa u jimmasturba, li xorob il-vizzji shan ta’ l-antenati.
Hwejjeg Strambi u Il-kaz tal-Ittri dwar Karloff Battilieri jkomplu fil-linja surreali tas-sagrificcju u l-mewt. F‘Il-Poezija tal-Kliem hemm id-difiza insolita tal-ghanja mibdula b’messagg, filwaqt li Ittra Minghand Rosanna P. dwar il-Patologija Religjuza u Hwejjeg Ohra pjuttost Incidentali hija poesagg iehor inklinat li jahkmek f’ambitu ta’ fantasija “delinkwenti”, u jsammrek bl-interpretazzjoni ta’ fatti impressjonanti.
Kamikaze turi l-wirt ta’ Palestinjan suwicida f’ittra lil ommu, u hawnhekk l-inverzjoni religjuza li tipprovoka l-fundamentalizmu, tiffinalizza t-tema bir-ritwal ahhari tas-suwicidju-unur. Din hi l-krema artistika ta’ kritika politika-socjali, letteratura ta’ l-impenn li ma tistax ma tqanqalx reazzjoni (pozittiva mill-analisti, negattiva mit-tradizzjonalisti konservattivi). Din hi kitba mehtiega ghall-motivazzjoni gusta ta’ pajjiz, specjalment pajjiz-blata li dera (jew darrewh) jillimita l-orizzonti tieghu.
Din l-antologija ta’ natura rari tkompli tillustra lilha nfisha bl-introduzzjoni stupenda tal-Professur Charles Briffa u bl-epilogu percettiv tal-Professur Oliver Friggieri. Skizzi tal-Karnival, juri safejn waslet il-mixja sabiha li terrqet il-letteratura lokali, minn zmien l-ghana medjevali frustrat ta’ zmien Pietru Caxaro sal-impatt ribelluz li Mario Azzopardi ma jcedi jew jimmansa qatt.
Mario
Griscti