Skizzi tal-Karnival: Poesaggi, 2005-2010 (Horizons, 2010)

IL-LETTERATURA TAL-ISKUMDITA’

Minn  Dr Giuseppe Schembri Bonaci

 

Hemm hafna  analisti u studjuzi ferm bravi aktar minni illi jistghu  janalizzaw u jiktbu fuq ix-xoghol dejjem provokattiv ta’Mario Azzopardi. Fost dawn hemm naturalment Oliver Friggieri illi prova sahansitra jqaxxar l-element lettararju u metaforiku ta’Azzopardi  fl-antologiji Passiflora(1977) biex ma nsemmux antenni(1968), analazi(1970), mas-sejha tat-tnabar(1971), dwal fil-persjani(1972), demghat tas-silg (1976), Monokordi(1984) u  Noti mis- Sanatorju tal-Mistici(1995). B’hekk jien ma nistax naghmel mod iehor hlief li ntenni punti biografici u personali illi jikkoncernaw ir-relazzjoni tieghi ma’ Mario Azzopardi  u max-xoghlijiet tieghu, u kif dawn affetwawni u ghadhom jaffetwawni.

Lil Azzopardi ili nafu hafna snin.  L-ewwel sirt nafu meta kont student il-Liceo fi zmien meta l- Moviment Qawmien Letterarju kien ghamel kampanja espansiva u aggressiva favur il-lingwa Maltija. Jien niftakar kif il-hitan tal-iskola intlew posters favur l-uzu u l-izvillup tal-lingwa Maltija.  Il-karattru ribell tieghi mill-ewwel empatizza ma’dan il-Moviment ghalkemm niftakar illi kont hassejt illi din il-protesta ghandha karattru grottesk, fis-sens illi kienet altru ovvja ghalija illi n-Nazzjon Malti ghandu jitkellem bil-lingwa tieghu u b’hekk hassejt l-assurditatal-ezistenza tieghi fi hdan protesta bhal din. Imma dan kien biss l-ewwelkuntatt’mal-isem ta’ Mario Azzopardi.

Aktar ma ghadda zmien u kibret il-htiega ribella fl-ispirtu tieghi aktar hassejtni qrib ix-xoghlijiet ta’Azzopardi.  Sahansitra bhala wiehed mir-ribelli xellugin tas-snin tal-ahhar Sittinijiet u l-bidu tas -Sebghinijiet kont organizzajt pjan ta’ ’kolp ta’statkontra dirigenti konservativi tal-Moviment Qawmien Lettararju u r-rivista ghall-istudwentiSaghtar’, li originarjament kien wellidha Azzopardi nnifsu. . Peress illi f’dak iz-zmien Mario Azzopardi kien irrizenja mill-Moviment, flimkien ma’ ohrajn bhad-drammaturgu Oreste Calleja,  konna morna ghandu biex nispjegawlu l-pjan u li xtaqnih li jkun fostna, kif fil-fatt sar. Il- pjan irnexxa, u l-elementi konservattivi (uhud minnhom lanqas biss kienu awturi) dehru li se johorgu telliefa, izda bl-ghajnuna tal-Pulizija l-parti kuntrarja irnexxielha tabortixxi s-success taghna.  M’ghaddiex zmien wisq u l-Moviment sfaxxa, filwaqt li r-rivista Saghtar spiccat f’idejn l-Unjoni tal-Ghalliema.   Hekk intemm Moviment ribell li kellu l-aqwa snin tieghu bejn l-1967-1972.

Minn hemm il-hbiberija tieghi ma’ Mario Azzopardi kibret u zvillupat fímhabba stramba illi anke kellha mumenti vjolenti takwazi-mibeghda.  Bejnietna kien hemm anki silg fi skiet tremend illi relazzjoni fonda biss tista taf.  B’xorti tajba, illum nittama li ergajna bdejna nibnu fuq x’kellna darba.

Izda halli nghaddi biex nikkummenta dwar din l-aktar antologija recenti taAzzopardi.  Il-kelma poesagg mill-ewwel tpoggina minghajr ebda toqol fil-kamp viziv, ghax immedjatament tehodna fis-sens tal-pittura paysage.  Paysage ma jfissirx biss xena tal-kampanja jew  veduta fil-wisgha, kif korrettament jghid Charles Briffa fl-Introduzzjoni tal-ktieb. Paysage fl-era hekk imsejha modernista/post-modernista’ u anki post post-modernista ghandha tifsira wisq aktar kuntraddittorja u forsi paradossali.

Il-poesagg  taAzzopardi jien narah ferm aktar enigmatiku u fl-istess hin cavetta aktar cara mit-tifsira taBriffa u l-qbil ta’dan it-terminu ma’ poessay. Poesagg jien ninterpretah anke fil-parametri tal- kuncett Heideggerjan tapassagg u biex inkun aktar leali lejn il-filosofija ta’ Heidegger, passagg illi ma jwassal imkien. Passagg li ma jwasslek imkien jew passagg illi jisfurzak b’xi mod stramb iddur lura. Poesagg huwa ukoll kunsens mal-vizwalitatal-kelma, ma’kelma kantata li l-kant taghha johloq triq, sqaq, passagg: terminu aborigini ghal dan huwa songlines. U l-bicciet demontati ta’Azzopardi qishom ghanja illi qed tohloq triq izda triq illi ma twassal imkien. B’hekk jghid sewwa Oliver Friggieri illi l-poesaggistajimxi fuq ix-xifer, bejn il-waqgha perikoluza tal-vjaggatur medju u l-bravura specjali tal-akrobata mimli esperjenza”.

Fl-istess hin il-Poesaggi ta’Mario Azzopardi jidhlu sewwa sew fi hdan il-modernizmu post modernista fid-definizzjoni(?) ta’Gabriel Josipovici. Kitba illi minghajr punti fokali, kollezzjoni takitbiet u mhux kollezzjoni fl-istess hin, minghajr narrativa izda xi haga ghaddejja, surreali daqs kemm hi reali, mozajk illi ghandu sens minghajr sens, kitba illi donnha iddawrek zugraga u tergatwasslek fil-punto di partenza.  Izda kollox jibqa’ l-istess hlief li issa thossok sturdut u ma ssibx art.  

Minn naha l-ohra l-elementi politiko-religjuzi-socjali jibqqghu abbundanti fi Skizzi tal-Karnival ghalkemm b’differenza radikali minn poeta-artista li l-kittieb Malti ghandu certi parallelizmi eccitanti mieghu, Mayakovski. Azzopardi jhallina fl-ocean ta’non-speranza, ironija u cinizmu. Hija haga inkredibli ghalija illi naqra x’naqra mix-xoghlijiet ta’Mario Azzopardi, dejjem nispicca b’toghma tadipressjoni, anke meta taqra xi haga bhal Post Scriptum wara Il-Maxtura F’Paceville.  Ma nhossnix komdu naqra x-xoghlijiet brillanti taAzzopardi. U forsi ghalhekk inqisu bhala poeta-artista ta’sahha artistika tremenda. Xoghol artistiku ma jistax ikun jew ihallik komdu.